Bżonn urġenti ta' demm O positive u A positive
Xerred dan l-artiklu biex dan il-messaġġ jasal għand kemm jista’ jkun nies
More in Socjali
Xerred dan l-artiklu biex dan il-messaġġ jasal għand kemm jista’ jkun nies
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għad-donazzjoni tad-demm O positive u A positive, wara li r-riserva naqset mhux ħażin fl-aħħar jiem.
Fi stqarrija, is-servizz spjega li jekk ir-riserva tibqa’ baxxa, se jkun hemm problema għal dawk il-pazjenti kollha li se jiġu bżonn id-demm illum u anke fil-jiem li ġejjin waqt operazzjonijiet.
L-għoti tad-demm jista’ jsir kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00 am sas-6:00 pm.
Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt, Facebook u Instagram.
Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313 biex jistaqsi xi diffikultajiet li jista’ jkollu.
Trasport b’xejn provdut ukoll billi ċċemplu 80074313.
Xerred dan l-artiklu biex dan il-messaġġ jasal għand kemm jista’ jkun nies.