Mario
Azzopardi

Mario Azzopardi kien pijunier tal-letteratura u t-teatru l-ġdid f'Malta fit-tieni nofs tas-snin sittin. Kien il-viċi ċermen tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kellu l-iskop li jġib aġġornament radikali tal-letteratura lokali. Azzopardi ħadem f'diversi ġeneri tat-teatru esperimentali, komunitarju u politiku u kien fost dawk li introduċew f’Malta t-Teatru tat-Triq. Bejn l-1987-1992 mexxa l-kumpanija-skola Politeatru, bil-għan li jwassal it-teatru impenjattiv għand il-klassi tal-ħaddiema. Ħadem bħala l-ewwel koordinatur tal-Politika Kulturali ta' Malta (2001) u kien l-ewwel relatur Malti għall-Kunsill tal-Ewropa, fil-proġett EricArts ta' Brussell. Ħoloq diversi proġetti konġunti teatrali ma' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u ħadem f'inħawi bħall-Italja, Franza, l-Awstrija, is-Slovakkja, il-Polonja, il-Latvja, l-Estonja u l-Litwanja. Ħareġ diversi kotba ta' poeżiji u ngħata l-Premju Letterarju Nazzjonali erba' darbiet. L-aħħar proġett tiegħu għat-teatru jinvolvi analiżi dwar id-divertiment tal-Maltin fl-Awstralja (2013). [email protected]

Il-poeżija tal-ħabs
Mitt sena ilu, sewwasew f’Awwissu tal-1914, l-awtoritajiet kolonjali...
Joe Saliba: Il-mewt ta' poeta
Is-servizz Malti tal-SBS ħabbar il-mewt tal-poeta Joe Saliba, awtur li...
Is-suwiċidju tal-artisti
Williams kien artist li, minkejja riservatezza interjuri, kien jisfida...
Il-każ tal-Knisja Selettiva
Fil-bidu ta’ Awwissu, l-Isqof għal Għawdex, Mario Grech, tkellem waqt...
Il-qagħda reali tal-ktieb Malti
Il-ktieb Malti donnu qabad it-triq tan-niżla u t-tfal mhux qed jitħallew...
Il-Bestjalita' ta' Iżrael
Il-Mediaspot ta' Mario Azzopardi  
Id-Dinamika tal-Mundial
Berlusconi u l-Cosa Nostra