filmat | Il-kantant Meat Loaf jikkollassa fuq il-palk waqt kunċert
Ir-rocker popolari Meat Loaf iħossu ħażin fuq il-palk waqt kunċert fil-Canada
Waqt kunċert f'Edmonton fil Canada, nhar il-Ħamis 16 ta' Ġunju, il-kantant popolari Meat Loaf jikkollassa fuq il-palk f'nofs il-kunċert tiegħu.
Meat Loaf, li ismu propja huwa Marvin Lee Aday, u li illum għandi 68 sena, kien diga' kkanċella xi kunċerti fil-jiem li għaddew, minħabba li kienx qiegħed iħossu tajjeb.
Il-kantant ħassu ħażin waqt li kien qiegħed ikanta waħda mill-aktar diski popolari tiegħu, "I would do anything for love (but I won't do that)", li kienet suċċess mondjali fis-snin 90.
Il-filmat juri lill-kantant fil-mument eżatt li fiħ iħossu ħażin.
Breaking: Fan video of musician #Meatloaf collapsing at a concert in Edmonton, AB. Taken by EMS. #yeg @ctvedmonton pic.twitter.com/znd9SUYlb2
— Sean Amato (@JSJamato) June 17, 2016