
Żigużajg jippreżenta l-produzzjoni 'HOME'...
Il-produzzjoni 'HOME' hija nisġa narrattiva ċinematika permezz ta’ leħen ewlieni skont kif tidher fil-vjaġġ tal-ħajja ta’ raġel waħdu

Żigużajg jippreżzenta... HOME (Eta’: 10+)
'Home' tesplora l-kunċett tal-identità. Iċ-ċaqliq u d-dinamiċi li l-ħin kollu jinbidlu u li jiddeterminaw min aħna jipprovdu kostrutt fluwidament evolut li jesplora ċ-ċiklu tal-ħajja.
F’dan ix-xogħol ġdid, b’koreografija tad-direttur artistiku Mavin Khoo, iż-żeffiena ta’ ŻfinMalta Dance Ensemble jinsġu narrattiva ċinematika permezz ta’ leħen ewlieni skont kif tidher fil-vjaġġ tal-ħajja ta’ raġel waħdu. Akkumpanjat mill-‘ħsibijiet’ tal-eżistenza preċedenti tiegħu, huwa jimxi l-vjaġġ ċiċliku tal-ħajja waqt li jgħaddi mill-esperjenza tattwelid, it-tfulija, l-imħabba, it-traġedja u l-mewt. Iż-żifna titlobna nqisu mill-ġdid il-kunċett ta’ dar bħala post strutturali fejn wieħed jgħix.
Jidher li l-kostruzzjoni tal-identità permezz tan-navigazzjoni kostanti tal-ħajja qalb ir-regoli soċjali jiddetermina min aħna. Imma għaliex?
'HOME' se tkun qed tittella' :
IL-ĠIMGHA 18 TA’ NOVEMBRU 2016: 10:00, 12:00
IS-SIBT 19 TA’ NOVEMBRU 2016: 16:30, 18:30
IL-ĦADD 20 TA’ NOVEMBRU 2016: 16:30, 18:30
Għal aktar informazzjoni dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Żigużajg żur is-sit www.ziguzajg.org