Villaġġ tal-Milied f'Montekristo

Matul il-weekend li ġej, ser ikun qed jittellgħa Christmas Village ġewwa Montekristo, propju nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej.

Kull min ser imur iżuru, ser ikun jista jgawdi minn presepju kbir li kien intrama ġewwa l-Imqabba xi sentejn ilu.  Issa l-istess presepju ġie intramat ġewwa Montekristo biex b’hekk dan il-villaġġ ser ikun f'atmosfera unika li joffri dan il-post.

 

Barra minn hekk, ser ikun hemm villaġġ ta’ artiġjanar fejn jistgħu jinxtraw diversi rigali, u ġojjelli.  Ser ikun hemm ikel varjat marbut mal-okkażżjoni, kids area, pony rides, jittieħdu ritratti mal-Christmas Father.

 

Il-ħinjiet tas-Sibt 17 ta’ Diċembru ser ikunu mill-5pm sa tard filgħaxija u għall-Ħadd 18 ta’ Diċembru mill-10am sa 6pm.

 

Parkeġġ għal dawk li jattendu mhux ser tkun problema u ser ikun bla ħlas.

 

Aktar informazzjoni fuq il-paġna ta’ facebook li hija https://www.facebook.com/events/1152602641485860/

 

More in Arti