
Il-Malta Eurovision għall-ewwel darba f'serata waħda, b'rebbieħ magħżul 100% mill-pubbliku
Imħabbra s-16-il finalist tal-Malta Eurovsion, b'għadd ta' ismijiet ġodda flimkien ma' wħud stabbiliti

Il-lista tas-16-il finalist li se jkunu qed jieħdu sehem fil-finali tal-Malta Eurovision Song Contest fit-18 ta' Frar li ġej ġiet imħabbra lbieraħ mill-Kap Eżekuttiv tal-PBS, John Bundy.
Għall-ewwel darba, il-finali ta' din il-kompetizzjoni se tkun qed issir fuq ġurnata waħda minflok fuq jumejn bis-semifinali. Il-kanzunetta rebbieħa, se tkun magħżula kompletament mill-vot tal-pubbliku permezz tat-televoting, bir-rebbieħ imbagħad imur jirrappreżenta lil Malta fl-Ukrajna f'Mejju tas-sena d-dieħla.
Fost il-finalisti ta' din is-sena, wieħed jista' jsib għadd ta' kantanti stabbiliti, flimkien ma' taħlita ta' kantati relattivament ġodda, b'kanzunetta minnhom tkun bil-lingwa Maltija. Wieħed jista' jisma' l-kanzunetti kollha fuq is-sit tal-istazzjon nazzjonali. Dawn huma l-kanzunetti kollha tas-sittax-il finalist li se jkun ikantaw fi Frar li ġej:
Bambshell - Maxine Pace
Breathlessly - Claudia Faniello
Crazy Games - Shauna Vassallo
Don't look down - Miriana Conte
Fearless - Rhiannon Micallef
Fighting to Survive - Cherton Caruana
Follow - Kevin Borg
Follow me - Franklin Calleja
Kewkba - Janice Mangion
Laserlight - Klinsmann Coleiro
Ray of Light - Raquela Dalli Gonzi
Seconds Away - Jade Vella
So Simple - Crosswalk
Tonight - Deborah C / Josef Tabone
Unstoppable - Brooke Borg
You - Richard Edwards