L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, u ovvjament int se tkun fl-hekk imsejħa ‘darek stess’, dan il-persjodu se joffrilek opportunità pożittiva mmens f’kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat int se tiltaqa’ magħha. Imma jekk dejjem int temmen fik innifsek, aktar u aktar jekk int temmen li jistgħu jinqalgħu xi problemi, u dan jista’ jiġri, int kontra kollox kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi. Dan huwa l-aqwa żmien fl-astroloġija għalik. Agħraf dan.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Libra.

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, int trid toqgħd ftit iktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li int qiegħed kantuniera ’l bogħod minn Aquarius, u minħabba f’hekk, l-effett li Aquarius qiegħed f’postu bħalissa, int se tkun affetwat, sabiex sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ importanza toqgħod ftit iktar attent minn dak li jista’ joħroġ minnha. Aħjar tkun ftit iktar imħejji u tagħti attenzjoni. Jiswa ħafna għalik!

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Scorpio.

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, għalik dan se jkun ifisser li trid trattab iktar dik ir-ras iebsa li int taf ikollok minn mument għall-ieħor. Dan għaliex taħt dan iż-żodijaku, aktar minn qabel se jkun effettiv ċertu ebusija fik, u dan jaf ikun ta’ xkiel, kemm mil-lat ta’ karriera, wisq iktar jekk int għandek relazzjoni. Għalhekk, li int taf li jista’ jkollok iktar mument fejn tista’ twebbes ir-ras iebsa, dan ipprova ċekknu. Uża moħħok iżjed,

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Sagittarius.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu.

 

Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku ta’ Aquarius, għalik ukoll għandek ftit ta’ taqbida sabiex tagħraf iktar timxi b’moħħok milli b’qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat, qalbek ħalliha ġo xi kexxun, sabiex int tkun tista’ tmxi fuq dak li taħseb bil-għaqal, bil-moħħ, u jekk int jirnexxielek tagħmel dan, se tasal f’aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kieku kont tuża dak li jiġi madwarek bl-qalb. Importanti li tagħraf dan l-istadju għax dan jaf ikun ta’ mera għall-futur qarib tiegħek. Agħraf.

Kuluri favoriti ma’ taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Tnejn.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Capricorn .

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, għalik din waqt li se toffrilek toroq iktar miftuħa ta’ opportunitajiet, kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk int għandek relazzjoni taħt dan iż-żodijaku, anke hawnhekk se jkun hemm xejra ta’ tibdil pożittiv. Però, bħalissa l-aktar li qed tispikka hija l-linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil pożittiv għalik, pero, int trid tkun moħħok ferm iffukat sabiex tkompli tibrilla fil-qasam ta’ madwarek. Agħraf it-tkattir li ġej għalik.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Aquarius.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li se jibda ż-żmien ta’ żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, għalik dan ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbiltà ta’ dak li int qiegħed tant tiffoka fuqu. Issa, dak il-perjodu li grazzi għaż-żodijaku ta’ Aquarius, int se tkun iffukat fuq il-madwar tiegħek iktar mis-soltu, u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq, jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ, però trid tagħraf li żżomm bilanċ mat-tkomplija ta’ madwarek. Żbilanċ jaf joħloq kumplikazzjonijiet. Tippermettix dan!

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Pisces.

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat 22 ta’ Awwissu

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, int għandek tagħraf iktar l-abbiltà toegħek fejn ma tantx għandek f’dan il-perjodu, tagħraf timxi fuq pariri ta’ ħaddieħor. Li tisma’ parir dejjem huwa ta’ linja gwida, imma asal sa hemm. Taħt dan iż-żodijaku, int għandek tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex tasal għal konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri ta’ xejn. Għalhekk, dan huwa ż-żmien sabex int tagħraf titkattar aktar bl-abbiltà tiegħek biss.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Aries.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li se jibda ż-mien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, int se ssib dan il-perjodu ta’ madwarek bħala iktar stabbli minn dak li jkun is-soltu, u hekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta’ stabbiltà, agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aktar aħjar, kemm fil-karriera jew fil-ħidma li int topera. Tagħraf iktar sabiex issib spazju għalik personali fejn anke jkollok ħin għal ċertu eżerċizzju. Jekk int f’relazzjoni, dan huwa wkoll tajjeb. Għalhekk, agħraf aħtaf din l-opportunità stabbli li hemm ġejja għalik.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Taurus.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Issa li se jibda ż-żmien ta’ żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, int tista’ f’dan il-perjodu tagħraf aktar il-bżonnijiet personal tiegħek, l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk, ikun tajjeb li f’dan il-perjodu ddur dawra madwarek sabiex meta jasal mument ta’ iktar pressjoni fil-karriera, int tkun iktar imħejji u aktar ma tkun imħejji, iktar tagħraf tilqa’ dawn il-pressjonijiet li għandhom jersqu lejk. Agħraf dan il-perjodu u agħraf iżżejjed sabiex twettaq il-bżonnijiet prinċipali tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Gemini.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

 

Scorpio mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla Aquarius, int trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu kif tagħraf tiddeċiedi għal xi deċiżonijiet li ġejjin fil-viċin tiegħek. Dan huwa perjodu delikat għalik li taqa’ taħt din l-istilla, meta tinsab taħt Aquarius. Din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik. Għalhekk, int trid tagħraf iżżomm kemm jista’ jkun kawt, sabiex kif spjegajt, ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla u dan jaf ikun ta’ inkwiet għalik fil-futur. Agħraf żomm dan il-perjodu kalm kemm tista’.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Cancer.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

 

Sagittarius mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, int se tħossok xi ftit imfixkel bejn dak li int fl-imħabba li kellek fil-passat, għal dak li int għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius, jafu joħolqu fik xi ftit ta’ konfużjoni. Għalhekk, int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent għax jekk int se titfa’ l-ħsibijiet lura għall-passat, taf tiftaħ ferita li tkun ta’ dannu kbir fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk, agħaf biss f’dak li qiegħed u mhux f’dak li kont.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Leo.

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

 

Capricorn mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta’ Aquarius, int minħabba li din l-istilla hi ta’ warajk, se toħloq xi ftit ta’ tensjoni madwarek iktar mis-soltu, u dan l-aktar li se jaffetwak hu mal-ħbieb tiegħek, imma jaf ikun iktar f’relazzjoni li int għandek. Taf tkun ħafn aiktar f’nervi u kollox bħal qisek tara ġej ħażin. Issa, jekk int tagħraf tilqa’ għal dan li ġej, dan ikun perjodu qasir, imma jekk int titkaxkar mal-kurrent, din taf iddum sew madwarek. Agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikkumbatti dan.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.

L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Aquarius hi ta’ pożittività għalik hi Virgo.

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Arti