Artist Malti jieħu sehem f'wirja f'Milan
Fabio Borg qed jieħdu sehem f'din il-wirja ġewwa l-M.A.D.S gallery f’Milan l-Italja.
L-artist Malti Fabio Borg qiegħed jieħu sehem f’wirja kollettiva internazzjonali ġewwa l-M.A.D.S gallery f’Milan l-Italja.
Din hija gallerija attrezzata bl-aħħar teknoloġija digitali fejn il-pitturi huma proġettati fuq touch screens u l-individwu jista’ jmiss b’idejh ix-xogħolijiet li hemm ghall-wirja.
Dan isir bil-għan li dawk li jżuru l-wirja jkunu jistgħu jinvolvu lilhom infushom fix-xogħlijiet.
Il-pittura li Borg qed jieħu sehem biha hija ‘Spring is Approaching’.
It-tiltu ta din il-wirja kollettiva huwa Coming Out.
F'kummenti ma' dan is-sit, filwaqt li wera s-sodisfazzjon tiegħu li qed jieħu sehem f'din il-wirja, Borg spjega t-titlu ta' din il-wirja u saħaq li "l-arti hija dik fejn kull artist joħroġ minnu nnifsu dak li hemm mistur ġewwa fih."
"Fejn l-espressjoni tieħu forma billi ssegwi l-emozzjonijiet li jgħaddi minnhom. L-espressjoni artistika tgħati spazju għall-realtà ġdida," saħaq Borg.
Din il-wirja fetħet fil-25 ta’ Gunju u għandha sal-4 ta’ Lulju.