Erba’ karattri, żewġ farsiet: Farcicals
Il-bravissimi atturi Kate De Cesare, Aldo Zammit, Kim Woods u Gordon Watson, jilqgħu lill-udjenza fl- MADC Playhouse Santa Venera għal Chloë With Love u The Kidderminster Affair
Minn nuqqas ta’ ftehim, għal raġel li jitlef il-qalziet, dak kollu li timmaġina f’farsa qiegħed f’din.
“Farcicals” ta’ Alan Ayckbourn, taħt id-direzzjoni ta’ Rachel Galea, hija prestazzjoni ta’ żewġ farsiet qosra.
Il-bravissimi atturi Kate De Cesare, Aldo Zammit, Kim Woods u Gordon Watson, jilqgħu lill-udjenza fl- MADC Playhouse Santa Venera għal Chloë With Love u The Kidderminster Affair.
Chloë With Love – Iż-żwieġ ta’ Teddy ma’ Lottie għaddej minn perjodu diffiċli. Teddy għadu jħobb lil Lottie? Lottie għadha tħobbu lura? Sejra għand il-ġirien Penny u Reggie biex isalvawha. Penny tixtieq li tgħin lil Lottie u lil Reggie jirrisolvi ruħu li jgħin lill-aqwa ħabib tiegħu biex jirreżisti t-tentazzjoni. Iżda bil-wasla tas-sabiħa Chloë kull pjan li kellhom jitqiegħed għall-prova.
The Kidderminster Affair – Intrigu sesswali f’barbecue organizzat fil-ġnien ta’ Teddy. Il-konfoffa mal-ġar tiegħu, Penny, se tinkixef? Il-mara tiegħu Lottie se ssir taf bis-sigriet ikrah ta’ Kidderminster? U x’se jagħmel ir-raġel ta’ Penny ... l-ikbar ħabib ta’ Teddy? Ħa jaħraq kollox? Jew tabilħaqq isolvi l-misteru bil-mod?
Ibbukkja issa għal serata ta’ kummiedja. Ara li ma titlifx postok billi żżur is-sit elettroniku tal-MADC www.madc.com.mt.
Il-biljetti huma €25 u l-produzzjoni hi adattata għal udjenzi minn 14-il sena ’l fuq.
Din il-produzzjoni ta’ “Farcicals” hija ppreżentata b’arranġament ma’ Concord Theatricals Ltd. f’isem Samuel French Ltd. www.concordtheatricals.co.uk.
Dan l-artiklu nkiteb bis-sostenn tal-kunsill Malti għall-Arti