Amber għal Vjenna
Bid-diska Warrior taqta' l-biljett għal Vjenna f'Mejju li ġej

Amber bid-diska Warrior
Fis-serata finali tal-Malta Eurovision Song Contest, id-diska ta' Amber, miktuba minn Muxu u Elton Zarb irnexxielha tilħaq il-quċċata b'72 punt, il-massimu li setgħet iġġib.
Kull ġurija u anke l-għażla tal-poplu wriet biċ-ċar li ried id-diska Warrior li tirrappreżenta lil Malta. L-aħħar li dan ġara kien fl-2002 meta Ira Losco rebħet bid-diska 7th Wonder, fejn kemm il-ġurija u anke l-pubbliku qabel perfettament fuq l-għażla tar-rebbieħa.
Iktar dettalji fil-ħarġa tal-ILLUM għada.
More in Divertiment