Ecce Mater Tua: Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Imqabba

Waqt din il-wirja se jiġu eżebiti bosta minjaturi artistiċi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, b’kollaborazzjoni ma’ Reġjun Punent u mal-Kunsill Lokali tal-Imqabba, se ttella’ Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem: ‘Ecce Mater Tua’. 

Waqt din il-wirja se jiġu esebiti bosta minjaturi artistiċi relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa, bis-sehem tal-kollezzjonista Maria Sciriha u xogħol l-iskultur Joseph Cutajar Zahra flimkien ma’ pitturi esklussivi b’kollaborazzjoni mal-artist Kurt Friggieri. 

Din l-esperjenza spiritwali se tkun qiegħda tittella’ fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, L-Imqabba min-nhar it-Tlieta 8 t’April sal-Ħadd 20 t’April 2025. 

Il-ftuħ uffiċjali se jsir nhar it-Tlieta 8 t’April 2025 permezz ta’ programm ta’ marċi funebri bis-sehem tal-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Knisja Medjevali ta’ San Bażilju fis-7:00 pm. 

Id-dħul għall-kunċert u għall-wirja huwa mingħajr ħlas u huma aċċessibli għal kulħadd. 

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com

More in Divertiment