L-eqdem ċirklu fid-dinja jinsab Malta għall-ewwel darba

Divertiment għal familja kollha minn artisti mondjali jibda llum

Ghall-ewwel darba f’Malta, tinsab fostna l-Gran Circo Zavatta gewwa l-Marsa.  Din hija l-eqdem cirklu li ilha tezisti fid-dinja kollha. 

 

Johann Said li huwa t-tielet generazzjoni tal-familja tieghu stess li ilhom igibu c-cirklu f’Malta ghal dawn l-ahhar snin, b’kollaborazzjoni mal-familja Zavatta qed jipprezentaw flimkien Gran Circo Zavatta.

 

Dan ic-cirklu beda bil-wirjiet tieghi nhar il-Gimgha 4 Dicembru 2015 u se jibqa ghaddej kuljum sal-Hadd 3 Jannar 2016.

 

Fi kliemu, s-Sur Said stqarr li minbarra li c-cirklu hija l-passjoni tieghu minhabba l-fatt li tista tghid twieled fiha, jkollu wkoll is-sodisfazzjon sena wara sena meta jara t-tbissima fuq dawk li jattendu.  “Ic-cirklu hija l-unika show fid-dinja fejn in-nies jistghu jinnotaw l-emozzjoni ferriehija fuq haddiehor, minhabba l-fatt li huwa mahdum fuq dawra tond

 

Bla dubju ta’ xejn din ser tkun harga unika ghall-familja kollha fejn ser igawdu diversi attrazzjonijiet professjonali li jafu joffru Gran Circo Zavatta.  Ser ikun hemm diversi karattri popolari mat-tfal, buffi, balancing, magija, transformisti li jbiddlu l-hwejjeg f’temp qasir, wirja tal-cowboys u indjani bis-skieken, fire eaters, persuna b’sahhtu hafna li jghawweg il-hadid.  Il-qofol tal-attrazzjonijiet ser tkun l-attrazzjoni msejjha ‘The Wheel of Death’ jew ‘La Ruota della Morte’, fejn fiha l-artisti ser jittestjaw il-bilanc taghhom fil-gholi.

 

Ta’ min isemmi li xi whud mill-artisti li qed jippartecipaw fih ghamlu successi kbar fejn anke kisbu medalji tal-fidda bhal rikonoxximent.

 

Gran Circo Zavatta tigbor fiha hafna artisti li ser juru l-aqwa hiliet taghhom fi prestazzjoni kreattiva u kemmxejn riskjuzi taht tinda wahda gewwa l-Marsa.

 

Dan ic-cirklu ghandu jkun wiehed memorabbli u ta’ esperjenza unika ghall-membri kollha tal-familja – kemm ghall-kbar u anke ghaz-zghar.

 

Informazzjoni rigward biljetti ser tkun disponibbli kuljum mill-box office l-Marsa stess bejn 10am sa 8pm, jew billi ccemplu fuq 9999 1771.

 

Il-prezz tal-biljetti huwa ta’ €5 biss għat-tfal, filwaqt li prezzijiet tal-biljetti għall-adulti jibdew minn €10.

 

Għal aktar informazzjoni dwar iċ-ċirklu Gran Circo Zavatta, ġentilment żur il-pagna ta’ facebook – Circus Malta.

 

More in Divertiment