X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
Mill-Ħadd 5 ta’ Mejju sas-Sibt 11 ta’ Mejju
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Aquarius ser issib ruħek f’sitwazzjoni negattiva li tant ħakmitek li issa ser tibda tibatti u titlaq minn madwarek. B’hekk int tista’ tagħraf tibda taħseb aħjar minn dak kollu li kont għaddejja. Però issa trid tagħraf li dak li int kont fih ikun għalik lezzjoni sabiex ma tgħaġġilx f’ċertu deċiżjonijiet aktar. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 9 u 10
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Sagittarius
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Pisces ser ikun mument ta’ riflessjoni kemm fil-karriera tiegħek u anke fir-relazzjoni. Trid tagħraf li bejn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet trid iżżomm bilanċ sabiex il-pressjoni li ġejja madwarek f’dak li għandha x’taqsam il-karriera tkun ippreparat sew bla ebda tfixkil. Dan huwa ferm importanti għalik Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 8, 9 u 11
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Virgo
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Aries huwa żmien li minħabb ċertu pressjoni bħalissa jkollok tagħraf kif ser tqassam aħjar sabiex fir-rutina ddaħħal ħin biex tagħmel eżerċizzju. Hemm bżonn li dan l-ispazju llum qabel għada ssib kif tista’ ddaħħlu għax inkella ser tinħoloq tensjoni madwarek li ddum sabiex toħroġ minnha. Importanti li ssib din is-siegħa ta’ riflessjoni għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 9 u 10
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Scorpio
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Taurus ser jurik li l-kumpanija li kont tiffrekkwenta fil-passat, li kellek taqta’ minnha issa ħa tara li tista’ terġa’ tibda tiffrekwentaha. Din ser iġġiblek ċertu nostalġija. Ser iġġib magħha wkoll ċertu tibdil però agħraf li dan it-tibdil se jkun ta’ pjaċir għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 7, 8 u 11
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Leo
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Gemini wara li ġarrabt xi tibdil fil-pjanijiet li kont immirajt għalihom, dan in-new moon se jgħinek tirkupra u bil-mod tibni dak li kont tixtieq twettaq għaliex għandek karattru b’saħħtu u kapaċi tikkumbatti l-maltemp. Hekk tkompli tissaħħaħ għal dak li riesaq lejk ukoll. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 9 u 10
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Taurus
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Cancer ser tagħraf li dak kollu li qed tagħmel mhux qed ikun irrispettat kif tixtieq bħala persuna li taf toffri kuntentizza lil min ikun madwarek. F’dawn it-tliet ġimgħat li ġejjin ser tinduna kemm huwa aħjar li tagħraf tkun tiegħek biss. Tibżax minn ċerti deċiżjonijiet li għandek tieħu. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 7, 9 u 11
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Pisces
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Leo hwua l-waq u ż-żmien opportun li tieħu deċiżjoni speċjalment dwar il-karriera tiegħek. Hemm ħafna affarijiet x’tirrifletti fuqhom. Huwa ferm importanti li tagħmel dan sabiex b’hekk tkun f’sitwazzjoni aktar stabbli, ċara u kalma minn dak li qiegħed fiha llum. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 8, 10 u 11
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Capricorn
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Virgo se tagħraf sitwazzjoni li nħolqot madwarek li minflok irriżultat f’post marret fl-oppost. Għalissa oqgħod ftit lura sakemm l-arja negattiva li nħolqot tikkalma ftit. Ikun inutli li tagħmel sforz, għalhekk ħalli ftit ġranet sabiex jittaffa dan kollu. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 8 u 10
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Aquarius
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Libra moħħok huwa xi ftit aktar mixħut fuq it-tkabbir tal-karriera tiegħek u dan jirrifletti tajjeb għall-futur tiegħek però int għandek parti oħra f’ħajtek. Din ukoll għandha bżonn l-attenzjoni tiegħek.. Tiskirx fuq xi ħaġa u tabbanduna oħra għax ċertu attenzjoni kulħadd ikun qed jistenniha. Agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 6, 7 u 9
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Aries
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Scorpio ser jagħmlek tagħraf li r-relazzjoni tiegħek għandha bżonn ftit aktar attenzjoni. Jekk dan mhux ser jintlaħaq jaf tiffaċċja problemi meta dan mhux il-waqt. Din taf tkun fjamma għal ħuġġieġa akbar. Agħraf għal mumenti flimkien.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 7, 19 u 11
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Libra
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Sagittarius ser ikun mument ta’ deċiżjoni. Tinħass li għadek trid tibqa’ mwaħħla mal-passat u dan meta taf kemm kien iebes għalik. Però dan qed jikkawża sitwazzjonijiet tajbin li kellhom jersqu lejk u qed jintilfu. Ħares ’il quddiem.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 9 u 11
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan in-new moon ta’ Taurus għalik bħala Capricorn ser jgħallmek li fil-ħajja jiġu sitwazzjonijiet fejn ibiddlu dak kollu ta’ madwarna. Dan jaf huwa riesaq lejk jew tħejji sabiex ma tantx ikun hemm effetti madwarek. Bla ma trid ikun hemm x i tibdil li int ma tantx ser tieħu gost u għalhekk għandek tagħraf tilqa’ sabiex tagħraf aħjar.
Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 9 u 10
L-istilla bl-aktar gwida mill-qalb ġejja minn Cancer
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom