​Disney – minn films animati għall-istess produzzjonijiet b’atturi reali (It-tieni parti)

Carmel Bonnici jkompli bl-analiżi tiegħu dwar films oħra li l-kumpanija Disney reġgħet ħadmet b’atturi reali, wara x-xogħol animat oriġinali

1967 – THE JUNGLE BOOK (78 minuta) – Dirett minn Wolfgang Reitherman. Film animat u ġenjali addattat b’mod liberu mill-istorja ta’ Rudyard Kipling. Mowgli, it-tifel imrobbi mill-ilpup, jagħmel ħabib ma’ ors spissjat, Balou li jingħaqad miegħu fl-avventuri fil-ġungla. Mogħni b’diversi kanzunetti tal-widna bħal The Bare Necessities, I Wanna Be Like You, Trust in Me u oħrajn. 

2016 – THE JUNGLE BOOK (106 minuti) – Dirett minn Jon Favreau. L-uniku attur reali f’dan il-film hu t-tifel Neel Sethi li jimbarka fuq vjaġġ biex jitkixxef min tassew hu waqt li joqgħod għassa għat-tigra Shere Khan li trid taħtfu. Film mimli effetti viżwali brillanti bil-kompjuter. L-ilħna tal-annimali huma ta’ Bill Murray, Ben Kingsley, Idris Elba u oħrajn.  

Il-Ktieb 'Jungle Book’ hija ġabra ta’ stejjer tal-1894 mill-awtur Ingliż Rudyard Kipling fuq tifel uman imrobbi mill-ilpup fil-ġungla.
Il-Ktieb 'Jungle Book’ hija ġabra ta’ stejjer tal-1894 mill-awtur Ingliż Rudyard Kipling fuq tifel uman imrobbi mill-ilpup fil-ġungla.
Il-Ktieb 'Jungle Book’ hija ġabra ta’ stejjer tal-1894 mill-awtur Ingliż Rudyard Kipling fuq tifel uman imrobbi mill-ilpup fil-ġungla.
Il-Ktieb 'Jungle Book’ hija ġabra ta’ stejjer tal-1894 mill-awtur Ingliż Rudyard Kipling fuq tifel uman imrobbi mill-ilpup fil-ġungla.

1989 – THE LITTLE MERMAID (83 minuta) – Dirett minn Ron Clements u John Musker. Ibbażat b’xi mod fuq in-novella tad-Daniż Hans Christian Andersen, l-istorja hi dwar sirena żgħira prinċipessa li mill-baħar tkun tixtieq tesperjenza d-dinja tal-umani. B’hekk tagħmel patt ma’ saħħara ħażina li tinbidel fi tfajla gustuża iżda b’difett kbir. Film rebbieħ ta’ żewġ Oscars fosthom wieħed għall-aħjar kanzunetta (Under the Sea). Dan kien il-film li qajjem rivoluzzjoni sħiħa ta’ effetti spettakulari bil-kompjuter li fis-snin ta’ wara komplew ikunu pperfezzjonati.                

2023 – THE LITTLE MERMAID (135 minuta) – Dirett minn Rob Marshall. Kważi l-istess storja tal-film animat tal-1989, iżda b’atturi reali u b’final aktar pjaċevoli. L-atturi huma Halle Bailey, Javier Bardem u Melissa McCarthy. 

1994 – THE LION KING (88 minuta) – Dirett minn Roger Allers u Rob Minkoff. Ferħ ta’ ljun li se jkun imrawwem biex ikun l-eredi tar-re missieru, ikun ittradut minn zijuh u jkollu jgħix fl-eżilju sakemm jirrealizza li jrid jiġġieled għall-veru post tiegħu fiċ-ċirku tal-ħajja. Pjuttost drammatiku b’xi sekwenzi umoristiċi. Din il-produzzjoni rebħet l-Oscar. 

2019 – THE LION KING (118-il minuta) – Dirett minn Jon Favreau. Dan il-film reġa’ nħadem bl-istess mod animat bħal dak popolari ta’ qablu, iżda issa b’effetti speċjali aktar sofistikati u impressjonanti. Suċċess finanzjarju kbir bi dħul ta’ $1.6 biljun. 

1998 – MULAN (88 minuta) – Dirett minn Barry Cook u Tony Bankcroft. Din il-produzzjoni mużikali li tittratta leġġenda antika Ċiniża dwar tfajla stinata li tinħeba taħt l-apparenza ta’ tifel biex tieħu post missierha fl-Armata Imperjali Ċiniża ħalli ġġib unur lill-familja tagħha. Dirett u preżentat b’mod formidabbli, il-protagonista tiddomina anki f’mumenti leġġeri ta’ umoriżmu. 

2020 – MULAN (115-il minuta) – Id-direttriċi hi Niki Caro. Biex iżżomm lill-marid missierha milli jservi fl-Armata Imperjali Ċiniża, Mulan Lin Lifei, mara żagħżugħa ta’ kuraġġ sfiq, tilbes ta’ raġel biex tiġġieled kontra l-invażuri li ġew mit-Tramuntana f’pajjiżha. Mimli azzjoni enerġetika u spissa. 

'Mulan’ hija storja dwar żagħżugħa Ċiniża illi tilbes ta’ raġel biex tmur tiġġieled fl-armata minflok missierha.
'Mulan’ hija storja dwar żagħżugħa Ċiniża illi tilbes ta’ raġel biex tmur tiġġieled fl-armata minflok missierha.
'Mulan’ hija storja dwar żagħżugħa Ċiniża illi tilbes ta’ raġel biex tmur tiġġieled fl-armata minflok missierha.
'Mulan’ hija storja dwar żagħżugħa Ċiniża illi tilbes ta’ raġel biex tmur tiġġieled fl-armata minflok missierha.

1941 – DUMBO (64 minuta) – Dirett minn Ben Sharpsteen. Wieħed mill-aktar films animati ħelwin tal-ġenju Walt Disney dwar iljunfant tassew ċkejken, b’widnejn kbar u kif Timothy il-ġurdien jgħinu jkun kunfidenti fil-ħajja. 

2019 – DUMBO (112-il minuta) – Dirett minn Tim Burton. Ħadmu l-atturi Colin Farrell, Michael Keaton u Danny De Vito. Dumbo, iljunfant żgħir b’widnejn verament kbar li jgħinuh itir, jagħmel minn kollox biex isalva ċirklu li jinsab f’diffikultajiet finanzjarji. 

1950 – CINDERELLA (74 minuta) – Dirett minn Wilfred Jackson, Hamilton Luske u Clyde Geronimi. Adazzjoni eċċellenti tal-ħrafa klassika ta’ Charles Perrault tal-1697, imsebbħa biż-żieda ta’ żewġ ġrieden ckejknin, Gus u Jaq, li jsiru ħbieb tas-‘serva’ Cinderella. 

2015 – CINDERELLA (109 minuti) – Dirett minn Kenneth Branagh. Meta missierha jmut ta’ malajr, it-tfajla Cinderella (Lily James) issib ruħha taħt l-influwenza tal-kattiva ommha tar-rispett u ż-żewġ uliedha koroh tagħha. Minkejja li jkollha tistinka bla heda fil-faċendi tad-dar, tibqa’ ottimista u l-fortuna tidħkilha meta tiltaqa’ ma’ stranġier ta’ dispożizzjoni eleganti. Ħrafa oħra klassika miġjuba b’mod attraenti u divertenti. Dan ix-xogħol daħħal ftit aktar minn nofs biljun dollaru minn ma’ kullimkien. 

1991 – BEAUTY AND THE BEAST (85 minuta) – Dirett minn Gary Trousdale. Din il-ħrafa klassika hawn hi miġjuba bi stil eżileranti mill-Kumpanija Disney, fejn it-timida Belle u l-feroċi Beast isiru jħobbu lil xulxin wara li saret priġuniera fil-kastell tiegħu biex teħles lill-għażiż missierha u tieħu l-kastig minfloku. Rebbieħ ta’ tliet Oscars, dan kien l-ewwel film animat fl-istorja taċ-ċinema li ġie nnominat għall-Aqwa Film fiċ-ċerimonja tal-Academy Awards. 

2017 – BEAUTY AND THE BEAST (2017) – (129 minuta). Dirett minn Bill Condon. Prinċep egoist (Dan Stevens) ikun misħut għal għomru u jsir mostru ikrah sakemm jitgħallem isir iħobb lit-tfajla sabiħa Belle (Emma Watson) li tinsab miżmuma fil-kastell iżolat tiegħu. Ħrafa oħra mużikali miġjuba tant tajjeb u mhux b’sorpriża li fil-final xi wħud joħorġu miċ-ċinema bil-maktur f’idejhom. Suċċess kbir ieħor fil-box office bi dħul ta’ $1.2 biljun. 

Films oħra li l-kumpanija Disney reġgħet ħadmet b’atturi reali, wara x-xogħol animat oriġinali huma: PINOCCHIO (2022), MALIFICENT (2014) u MALIFICENT: MISTRESS OF EVIL (2019), ispirati minn SLEEPING BEAUTY (1959), THE SORCERER’S APPRENTICE (2010) minn sekwenza ta’ FANTASIA (1940), CHRISTOPHER ROBIN (2018), karattru uman mis-serje ta’ WINNIE THE POOH, ALADDIN (2019) u oħrajn. Għall-futur, hemm ippjanati remakes reali oħra, fosthom MUFASA: THE LION KING, MOANA, LILO & STITCH, BAMBI u anki SNOW WHITE AND THE SEVEN DWARFS. 

More in Divertiment