Oroskopju | Il-ħames żodjaku, dak ta' Leo
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 24 ta' Lulju sas-Sibt 30 ta' Lulju
Dan il-ħames żodjaku ta’ Leo joffrilna diversi aspetti u benefiċċji pożittivi, fosthom insibu d-determinazzjoni kbira tagħhom li tqawwi u togħlli l-morall lil diversi żodjaki oħra. Joffrilna l-kuraġġ fejn forsi nkunu d-dajjifna xi ftit, hemm il-qlubija, t-twemmin f’dawk is-sitwazzjonijiet li nkunu qegħdin nesperjenzaw jew inkunu se nibdew nesperjenzaw. Hemm ukoll l-abbiltà li kapaċi joffru lil ħaddieħor f’mumenti l-aktar meħtieġa.
Ovvjament bħal kull żodjaku għandom ukoll dawk l-aspetti negattivi tagħhom. Fost oħrajn, ħadd ma jbidlilhom fehmtom. Jekk jaslu għal xi deċiżjoni diffiċli jirnexxilek tbiddel dak li jkun ġie deċiż. Jitilfu l-paċenzja malajr u ma tantx iħobbu lil min immexihom jew jiddetalhom.
Personaġġi magħrufa maż-żodjaku ta’ Leo fost oħrajn insibu lil Barack Obama, Whitney Huston, Usian Bolt, Arnold Schwarzenegger, Jason Statham, Bill Clinton, Dustin Hoffman, Madonna, Antonio Banderas, Sandra Bullock, Alfred Hitchcock, Robert De Niro, Jennifer Lopez, Steve Martin, Marine Le Pen u Sean Penn u J.K.Rowling.
Fatti oħra nteressanti dwar dan żodjaku ta’ Leo huma li jekk tinqabad f’xi forma ta’ nuqqas ta’ verita dan ikun iffisser li tlift dik il-fiducja , magħrufin li jagħmlu ħafna ħin jirrifflettu sakemm finalment jaslu għal dik id-deċiżjoni jew direzjoni, idejquhom nies li jgergru, pessimisti jew negattivi
Għaż żodjaku ta’ Leo il-jum ideali huwa dak tas-Sibt waqt li għandek tevita dak tat-Tlieta. Ix-xahar ideali huwa dak ta’ Marzu waqt li għandek tevita dak ta’ Diċembru, dati ideali għalik waqt iż-żodjaku ta’ Leo għax xahar ta’ Lulju huma 24, 26 u 29 waqt ta’ Awwissu 3, 10, 14 u 17 Namaste.
In-New Moon fiż-Żodjaku ta’ LEO
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Aries ser ikun dak il-mument fejn trid tibda tħejji skeda ġdida f'dak li għandu x'jaqsam ma’ pjanar personali. Dan ser jagħmlek tkun aktar organizzat fit-twettieq ta’ opportunitajiet li hemm resqin lejk u b'hekk tkun tista’ tkattar aħjar l-istabbilta’ tiegħek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Leo.
- Il-Kristalla ideali għalik għalik għal din il-ġimgħa hi Ruby. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Taurus ser ikun mument sabiex tgħaraf li dak li sa issa int għaraft tkattar fil-karriera tiegħek għandek bżonn tagħtieħ aktar attenzjoni profonda u ma titlifx ħin fil-ħsibijiet oħra. Int għandek tibqa tiffoka mija fil-mija fuq dak li għandek madwarek. Irriffletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Cancer.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Garnet. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Gemini ser ikun dak il-mument li tgħaraf aktar ir-responsabilta’ kemm dik li int għandek fil-preżent u wisq aktar għal dik ir- responsabilta’ li hemm riesqa lejk. Dan għal fatt li f'dak li int għażilt bħal direzzzjoni ġdida tfajt lilek innifsek f'aktar responsabilta’ u issa trid turi kemm int kapaċi.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Sagittarius.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jasper. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Cancer ser ikun mument ta’ rifflessjoni profonda dwar dak kollu li int qiegħed tesperjenza fil-preżent. Grazzi għal din l-esperjenza int ser tkun tista’ tgħaraf x’inhu l-aħjar pass li għandek twettaq minn issa l-quddiem u dan għandek twettqu b'għaqal. Analizza sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Aries.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labraorite. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik l-istess Leo ser ikun mument li int trid tgħaraf aktar lilek innifsek u dan minħabba li issa taf li ġejjin ġimgħat fejn int ser ikollok sitwazzjonijiet li għandom bżonn ċertu attenzjoni. Għalhekk aħtaf dan il-mument għalik sabiex tkun imħejji tajjeb għal dak li hemm riesaq lejk.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Scorpio.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Obsidian. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Virgo ser ikun mument fejn ser tibda tanalizza aktar kif ser tibbilanċja l-qagħda finanzjarja tiegħek li dan l-aħħar kont qiegħed tesperjenza xi problemi. Issa dan ser jibda jinbidel u ser tibda terġa tara dik l-istabbilta’ li int tant magħruf għaliha. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Taurus.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Libra ser ikun mument li jagħmlek tgħaraf aħjar x'inhu vera utili għalik u li ser tgħaraf x' hemm bżonn biex minn issa int tibda t-tejjeb is-sitwazzjoni ta’ madwarek. Ovvjament waħda mid-deċiżjonijiet li ser tkun qiegħed tieħu hi sabiex tkattar il-bilanċ li tant hu meħtieġ għalik.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Pisces.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pink Opal. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Scorpio ser ikun mument li tgħaraf sew id-direzzjoni meħtieġa dwar il-pjan ta’ proġett li tant ilek tħejji u b'hekk tgħaraf kif dan il-pjan ser tkun qiegħed twettqu fl-aħjar żmien possibili. Għandek ukoll tgħaraf kull possibilta’ ta’ xi effett li dan il-pjan ser ikun qiegħed iħalli madwar il-ħajja tiegħek. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Libra.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Red Spinel. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Sagittarius ser ikun dak il-mument fejn trid tgħaraf iż-żomm kontrol dwar it-tfassil ġdid li qiegħed tħejji. Int issa trid iż-żomm ċertu bilanċ f'dak li int twettaq fir-rutina tiegħek sabiex dan it-tkattir jimxi parallel mal-kumplament tal-ħajja tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Aquarius.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Opal Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Capricorn ser ikun dak il-mument fejn int trid tgħaraf tagħti aktar attenzjoni lejn id-direzzjoni li int ħadt. Jista’ jkun li int qiegħed tagħti l-aħjar iżda fil-fatt hemm b'żonn aktar attenzjoni sabiex b'dak li finalment iddeċidejt iwasslek fejn verament tixtieq tasal. Għalhekk għaraf sew dan.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Gemini.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Rose quartz Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Aquarius ser ikun dak il-mument fejn il-karrira tiegħek ser tieħu direzzjoni ġdida. Direzzjoni ta’ aktar stabbilta’ u hekk li int ser tgħaraf kemm il-karrira li int tħaddan qegħda tavvanza l-quddiem u b'dan ser jinfetħulek bosta opportunitjiet, iżda dejjem kun ippreparat.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Virgo.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Leo għalik Pisces ser ikun dak il-mument ta’ aktar tkattir f'dik il-ħeġġa ġewwa fik. Barra li trid tkattar aktar dik il-kunfidenza ġewwa fik, dawn flimkien ser jinspirawk biżżejjed sabiex tkattar il-motivazzjoni meħtieġa għal dak kollu li hemm riesaq lejk. Wettaq rifflessjoni profonda.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Iż-żodjaku bl'aktar aspett pożittiv ġej minn Capricorn.
- Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste