L-Oroskopju: Il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces (Il-Ħut)

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon 

Mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

Pisces (Il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu 

F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, l-istess Pisces se jdaħħlek f’dak il-mument partikolari sabiex tkun tista’ tirrifletti aktar eżattament minn dak li għaddejt. B’hekk tkun tista’ tibni pedament aktar sod. Pisces huma magħrufin li huma nies ta’ fehma soda. Namaste.  

Aries (Il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                          

F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, Aries se jagħmlek iżjed iffukat sabiex tagħraf aktar lil dawk ta’ madwarek u tara kemm huma verament persuni ġenwini, speċjalment dawk li tawk l-appoġġ meħtieġ. Aries huma magħrufin li huma nies ta’ fehma soda. Namaste.  

Leo (Id-Durbies), mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                  

F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, Leo se jkun iż-żmien ideali sabiex tiffoka aktar fuq it-tkabbir kollu li s’issa esperjenzajt. Ovvjament dan għandek tagħmlu sabiex tkompli tkattar u tissaħħaħ lejn ġejjieni aktar stabbli. Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste.  

Libra (Il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                         

F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, Libra se jkun iż-żmien ideali għalik sabiex tagħraf aktar dawk is-sitwazzjonijiet l-aktar meħtieġa u importanti. Għalhekk trid tkun mimli b’għaqal biżżejjed għat-tisħiħ li hemm riesaq lejk. Libra huma magħrufin għall-gwida li kapaċi joffru. Namaste. 

Sagittarius (Il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru  

F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, Sagittarius se jiftaħlek il-possibbiltà li tibda minn issa tkattar aktar il-ħajja ta’ madwarek. Żgur li se tesperjenza toroq ġodda li forsi kienu magħluqin u għalhekk għandek tħares ’il quddiem. Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jifhmu lill-oħrajn. Namaste.                                                                            

More in Oroskopju