
L-Oroskopju: It-tieni ġimgħa għaż-żodjaku ta’ Pisces – Il-Ħut
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon

Mill-Ħadd 2 ta’ Marzu sas-Sibt 8 ta’ Marzu
Pisces (il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, l-istess Pisces se tkun ġimgħa ta’ preparazzjoni meta issa baqa’ ħmistax biss sabiex jintemm iż-żodjaku tiegħek. Tajjeb li tanalizza, twettaq, u tirrifletti. Pisces huma magħrufin li huma nies ta’ fehma soda. Namaste.
Gemini (it-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Gemini se tkun ġimgħa li fiha trid tkun aktar int. Tibżax minn dak li tħoss ġewwa fik sabiex tagħmlu. Issa hu dak il-mument li timxi ’l quddiem. Gemini huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste.
Libra (il-Miżien), mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Libra se tkun ġimgħa li tagħmel il-kontijiet finanzjarji. Taf li hemm bżonn tinvesti fit-tkabbir tiegħek u għalhekk tajjeb li twettaq għarfien profond lejn il-finanzi tiegħek. Libra huma magħrufin għall-gwida li kapaċi joffru. Namaste.
Sagittarius (il-Qaws), mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Sagittarius se tkun
ġimgħa li tara fejn qiegħed fir-relazzjoni. Toqgħodx tħares lejn il-passat, agħraf biss il-futur tiegħek. Kultant, mhux kulma jleqq hu deheb. Għalhekk analizza l-pożizzjoni tiegħek sew. Sagittarius huma magħrufin kemm jagħrfu jifhmu lill-oħrajn. Namaste.
Aquarius (iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta’ Pisces, għalik, Aquarius huwa mument ta’ riflessjoni. Għalhekk prova wettaq dak kollu li tista’ f’dawn il-ħmistax ħalli tagħraf tkun aktar stabbli fil-ġimgħat li ġejjin u b’hekk tagħraf tħossok aktar int. Aqaurius huma magħrufin għall-motivazzjoni kbira tagħhom. Namaste.