Oroskopju | In-New Moon fis-sitt żodjaku ta' Virgo
L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 28 ta' Awwissu sas-Sibt 3 ta' Settembru
IKOMPLI : Is-Sitt Żodjaku ta’ VIRGO
Is-sitt żodjaku ta’ Virgo huma ffurmat mill-element ta’ l-art li fiħ jiġbor iż-żewġ żodjaki, dak ta’ Taurus u dak ta’ Capricorn. Interessanti ħafna huwa l-fatt li ssib ħafna li ma tantx jikkombinaw tajjeb maż-żodjaku ta’ Capricorn, pero’ f’dan it-trijangolu ż-żodjaku ta’ Capricorn joffri parti ferm importanti u nterressanti kemm liż-żewġ żodjaki li jiffurma l- istess element.Bħal kull żodjaku Virgo għandu l-qmura kkombinati miegħu.
L-ewwel li nesperjenzaw huwa n-New Moon li dan ikun is-Sibt 27 ta’ Awwissu waqt li l-Qamar Kwinta ser nesperjenzawħ il-Ħadd 10 ta’ Settembru. Dan il-qamar huwa qamar partikolari , inthom li tħobbu s-segwu l-qmura u hemm ħafna li jħobbu jmorru f’post idejali sabiex jesperjenzaw dik ix-xehna li kull qamar kwinta joffri preparaw għal dan il-qamar li ser ikun jidher kabbari aktar mis-soltu waqt li l- kulur saffrani tiegħu ser ikun jidhi ħafna dan għaliex ser ikun biss 231,976 mil il-bogħod mid-dinja.
Ftit fatti nteressanti dwar Virgo ħuma meqjusa bħala persuni bieżla u ddedikati, huma lejali ħafna lejn min ikun fil-ħajja ta’ madwarhom , ġenerużi ħafna , huma ta’ ispirazzjoni lejn l-oħrajn. Iħobbu jkunu ħafna ħin mdawrin bin- natura u l-annimali. Iħobbu jidru bl-aħjar dehra u attenti għal dieta tajba u li jsibu ħin għal eżerċizzju , idejjaqhom ħafna l-egoizmu,min ma jkunx organizzat, min ma jkunx imħejji tajjeb, imġieba opposta jew ma jkunux puntwali.
Personaġġi magħrufa f’dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo nsibu lil: Marco Polo , Sophia Loren, Sean Connery, Cameron Diaz, Barry Gibb, Adam Sandler , Andrea Bocelli, Mother Teresa, Yaser Arafat , Gene Kelly, Michael Jackson, Colin Firth, Amy Winehouse, Freddy Mercury ,Richard Gere u Prince Harry Namaste.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser ikun mument sabiex tgħaraf aħjar il-bżon li torganizza aħjar kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħidma tiegħek u ferm aktar fil-ħajja personali tiegħek. Għalhekk għaraf tajjeb dan il-bżon. Irriffletti.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgha huwa l-Ġimgħa.
- Aries huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser ikun mument ta’ għarfien ta’ tqassim ibbilanċjat aħjar dwar il-finanzi tiegħek. Tul dawn l-aħħar ġimgħat bdejd tinduna li qiegħed ikollok żbilanc dwar il-qagħda finanzjarja tiegħek. Għalhekk issa l-waqt li tgħaraf aħjar il-bilanċ finanzjarju tiegħek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Taurus huma magħrufin li jimxu mal mument. Namaste
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser ikun mument ta’ rifflessjoni dwar il-qagħda tal-ħidma fil-karriera tiegħek fejn għalkemm int imdawwar b’ħafna proġetti li żgur iżommuk immotivat mhux qiegħed tkun ta’ sodisfazzjon għalhekk ieqaf ftit sabiex tgħaraf sew x’hemm meħtieġ li jitwettaq aħjar.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta l-Erbgħa.
- Gemini huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan in-new moon taż-żodjaku t’a Virgo għalik Cancer ser ikun il-waqt oppurtun li tgħaraf sew il-pożizzjoni dwar l-imħabba tiegħek fejn qiegħed tara li għalkemm int persuna li toffri dik l-imħabba profonda xorta qiegħed tħoss li mhux tirċievi lura daqstant imħabba. Għaraf li l-imħabba mhux faċli tikkontrolla. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Cancer huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effetiv ħafna. Namaste
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo huwa mument li tgħaraf eżattament it-tkattir li int verament tixtieq. Għalkemm taf li hemm ħafna x’jitwettaq madwarek dan it-twettieq għandu jitwettaq bil galbu sabiex ma jkunx hemm żbalji bħal ma saru fil-passat. Għalhekk għaraf wettaq rifflessjoni ta’ pjan sabiex it-twettieq ikun ta’ tkattir f’aktar stabbiltà.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
- Leo huma magħrufin għat tkattir. Namaste
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta Virgo għalik l-istess Virgo huwa dak il-waqt li int tgħaraf aħjar il-valur f’dawk ta’ madwarek. Minħabba diversi sitwazzjonijiet li int qiegħed tesperjenza mingħajr ma int qiegħed tinduna qiegħed toħloq żbilanċ ma’ dawk ta’ madwarek u għalhekk issa għandek il-waqt opportun li f’dan issib dak il-bilanċ meħtieġ. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Virgo huma magħrufin għal istabillta’ tagħhom. Namaste
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra huwa dak il-mument li tgħaraf li ż-żmien ma jistenna lil ħadd u aktar ma int ser iżomm ċertu sitwazzjonijiet misturi madwarek aktar ser ikun iebes għal dak li int tant tixtieq. Għalhekk għandek tgħaraf li issib l-aħjar okkazjoni sabiex dak li hemm ġewwa fik ikun imwassal sabiex żgur int tħossok aħjar.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Libra huma magħrufin għat tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser ikun il-mument li int tkompli tevolvi fil-karriera tiegħek u ser ikun mument ta’ rifflessjoni iżda dan għandu jservik sabiex tgħaraf tieħu l-aħjar deċiżjoni dwar il-karriera tiegħek. Iżda xorta waħda għaraf li ma twettaqx dan bil għaġla. Ħu dak il-ħin meħtieġ sabiex dak li int finalment tiddeċidi jkun deċiż sew.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
- Scorpio huma magħrufin għal idejat fundamentali tagħhom. Namaste
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser ikun mument sabiex tikseb aktar kunfidenza fik innifsek. F’dawn l-aħħar ġimgħat minħabba ċerta pressjoni li nħolqot madwarek bħal qisek tlift dik il-kunfidenza li dejjem int magħruf għalija pero’ dan għandu jerġa jinkiseb lura f’dawn il-ħmistax li ġejjin iżda int trit tgħaraf tkun aktar pożittiv.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Sagittarius huma magħrufin għal idejat pożittivi li joffru. Namaste
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser ikun il-waqt li tgħaraf aħjar dwar l’għajxien tiegħek b’mod speċjali dwar jekk għandikx tibqa tgħix fl-istess dar jew ikunx aħjar li tiċċaqlaq għal dar ġdida. Ovvjament għandek twettaq rifflessjoni profonda qabel ma tieħu din id-deċiżjoni li tista’ twassal għal ħafna tibdil fil-ħajja tiegħek. Għalhekk tajjeb li tanalizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
- Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser ikun il-mument li tgħaraf li fil- ħajja ma tistax ikollok dak kollu li tixtieq. Għalhekk int trid tgħaraf tieħu direzzjoni qabel ma jkun tard għal ħajja ta’ madwarek. Dak li qiegħed tesperjenza bħalissa jista’ jkun mera għal futur tiegħek fejn int żgur tixtieq futur aħjar u futur stabbli. Analizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
- Aquarius huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan in-new moon taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser ikun il-waqt tiegħek li verament tgħaraf sabiex issib ħin ta’ relass jew ħin għal eżerċizzju. Għalkemm fil-preżent il-ħajja tiegħek hi tant mimlija li ma hemmx ħin għalik innifsek issa huwa dak il-waqt sabiex tibda tara kif tqassam sabiex int tħossok aktar b’saħħtek.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
- Pisces huma magħrufin għad direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste