L-Oroskopju: Il-qamar kwinta għaż-żodjaku ta’ Aquarius – Iż-Żir

L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon 

Mill-Ħadd 9 ta’ Frar sas-Sibt 15 ta’ Frar 

Aquarius (iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se tkun fażi fejn trid toqgħod attent dwar ir-responsabbiltajiet ġodda li issa qed tesperjenza. Għalhekk qis li tkun iffokat. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste.  

Taurus (it-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Taurus se tkun fażi fejn fiha trid tiffoka biss lejn il-futur tiegħek. Toqgħodx taħseb fuq il-passat iżda agħraf biss kif tista’ tkun aħjar għal dak li hemm ġej. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer. Namaste. 

Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Cancer se tkun fażi ta’ eżami għalik fejn grazzi għall-ideat li għandek, issa se twettaq deċiżjoni li żgur se tagħmlek aktar stabbli għall-miri tiegħek. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste.  

Virgo (l-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Virgo se tkun fażi li trid tinqata’ ftit għalik waħdek. Dan sabiex twettaq riflessjoni ta’ min vera huma dawk il-persuni ġenwini li għandek vera tafda. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius. Namaste. 

Capricorn (il-Wott), mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar 

F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Capricorn se tkun fażi fejn trid twettaq bidla madwarek. Grazzi għal dan int se tagħraf aħjar kemm int kapaċi tilqa’ għal kwalunkwe sfida. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Virgo. Namaste. 

More in Oroskopju