Oroskopju | X'hemm għalik fl-oroskopju ta' din il-ġimgħa?
Iż-żodjaku mwassal mill-astroloġista Paul Jon mill-Ħadd 4 ta' Settembru sas-Sibt 10 ta' Settembru
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser tkun dik il-ġimgħa li tagħmlek tgħaraf aħjar fejn verament tixtieq tasal. Għalkemm dan l-aħħar kont bħal qisek bejn salib it-toroq issa huwa dak il-waqt li tgħaraf dik id-direzzjoni idejali għalik. Għalhekk b’għaqal ħares ‘l quddiem.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li tifhem aħjar l-aspett ta’ l-imħabba. Għalkemm int kellek bosta esperjenzi mħaltin issa int taf kemm verament sibt dak li xtaqt u għalhekk issa għandek tgħaraf taqqad dak li dejjem xtaqt u dan għandu jkun mument feliċi għalik.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa li tgħaraf aħjar it-triq li għandek taqbad minn issa. Għalkemm fil-preżent qiegħed tikkumbatti ma’ bosta fatturi dan ser jgħaddi u bl-esperjenza vasta tiegħek dan ser ikun ta’ benefiċċju għalik sabiex tkattar l-istabbilta’ tiegħek b’aktar determinazzjoni.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgħa li int trid tgħaraf eżattament liema parti tal-karriera hija l-aktar vijabli għalik. Issa ma tridx toqgħod tħabbel aktar rasek fuq diversi aspetti differenti f’dak li int twettaq iżda wasal il-waqt għal direzzjoni waħda dik vijabli għalik.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tkun dik il-ġimgħa li tħares aktar lejn saħħtek. F’dan il-mument saħħtek għandha bżonn dik l-attenzjoni partikolari għalhekk għaraf li tieħu dawk il-miżuri kollha meħtieġa sabiex fejn hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni twettaq dak kollu meħtieġ.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo għandek twettaq aktar għarfien ta’ bilanċ bejn il-karriera u l-familja. Issa għadek filwaqt li twettaq dan il-bilanċ b’mod li kollox ikun skont kif verament tixtieq. Tħallix dan il-waqt jaħrablek għax tkun tlift okkażjoni li tkun aktar kuntent.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra hi dik il-ġimgħa li int minn issa trid taħseb għal dawk il-miżuri ġodda li taf li trid twettaq fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk ħu l-okkażjoni sabiex tħejji skeda u b’hekk int tkun tista’ timxi b’mod organizzat f’dawn il-miżuri li ser ikun hemm bżonn twettaq.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio hi dik il-ġimgħa ta’ riflessjoni profonda ta’ għarfien ta’ dawk il-proġetti li int fix-xhur li ġejjin għandek twettaq. Grazzi għal riflessjoni li hemm bżonn twettaq tkun f’qagħda aħjar b’liema proġett tibda sabiex tibni stabbilta’ soda.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittarius ser tkun dik il-ġimgha fejn trid tgħaraf fejn din l-imħabba qegħda twasslek. Wara bosta xhur li int tgħajt dak kollu li stajt f’din l-imħabba wasal il-waqt li tgħarbel eżatt fejn tixtieq tasal. Inutli twettaq aktar sforzi għax dak li kellek toffri offrejtu. Issa wasal il-waqt li tanalizza.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa li int tibda torganizza aħjar il-madwar tiegħek. Ovvjament minħabba diversi raġunijiet int dan ma stajtx twettqu iżda issa għandek il-ħin. Għalhekk tajjeb li tibda tkun organizzat sabiex dan jagħmlek tħares il-quddiem b’aktar fokazzjoni.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste.
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tkun dik il-ġimgha fejn tgħaraf aħjar il- madwar tiegħek kemm int f’pożizzjoni idejali sabiex twettaq ċertu deċiżjonijiet minħabba xi direzzjoni ġdida. Għalhekk wettaq riflessjoni bejn dak li għandek fil-preżent ma’ dak li jista’ jkollok fil-futur.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’din il-ġimgħa fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser tkun dik il-ġimgħa li twettaq analiżi profonda dwar il-qagħda finanzjarja tiegħek. Hekk kif qiegħed tesperjenza ċertu żbilanċ fil-qagħda finanzjarja tiegħek int trid tgħaraf aktar kontrol sabiex din is-sitwazzjoni preżenti ma toħloqx kumplikazzjonijiet future. Għalhekk analizza l-infieq aħjar.
- L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
- Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste.
Kompetizzjoni ma' PaulJon
Irbaħ wieħed minn seba' Rigali fosthom,
- Tlett Vouchers għal Pubblikazjonijiet ta’ PaulJon;
- Tlett Vouchers għal Tratttamenti ta’ Sbuħija jew Fitnes Classes mingħand Graziella Miruzzi;
- Voucher għal Pakett ta’ Kristalli.
Kull ma’ għandek tagħmel huwa li twieġeb għal din il-mistoqsija: Il-Qamar kwinta taż-żodjaku jiġi fi 13 ta'? 10 ta' ? jew 12 ta’ Settembru ?
Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil PaulJon, "ILLUM" Po Box 27, Paola jew ibgħat SMS fuq 79495804 jew 99013600. Namaste.