Oroskopju | Il-Qamar kwinta għas-sitt żodjaku ta' virgo

L-Oroskopju mwassal mill-astroloġista PaulJon mill-Ħadd 11 ta' Settembru sas-Sibt 17 ta' Settembru

Il-Kalendarju Żodjaku 2022-2023 wasal fin-nofs tiegħu fejn fil-preżent qegħdin fis-sitt żodjaku ta’ Virgo u ma’ kull żodjaku jkun hemm bosta aspetti li ovvjament joffrulna dawk id-diversi aspetti nteressanti li jiddistingwu differenza minn żodjaku għal ieħor, bħal eżempju il-kombinazzjonijiet tal-qmura,  id-dati partikolari li jistaw ikunu ta’ mportanza għalik, ix-xemat ikkombinati kif ukoll il-kuluri , f’dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal il-kombinazzjoni ta tlett KRISTALLI ma’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo, meqjusa ta’ benefiċċju f’diversi li huma dawn: 

L-ewwel kristalla: Amber

Din il-kristalla hi kkombinata sabiex insaħħu aktar il- memorja tagħna sabiex inkunu aktar friski f’dak li nkunu ridu nwettqu, nżidu aktar il-flessibilta’ tagħna fejn żgur dan ikun meħtieġ.Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u l-Ħamis u għal l-aħjar riżultat ta’ enerġija pożittiva din il-kristalla għandha titpoġġa fiċ-ċentru tad-dar waqt li tinxtel bejn il-ħin tad-disa u l-ħdax ta’ fil-għaxija. 

It-tieni kristalla: Citrine 

Din il-kristalla tagħtik dik il-kunfidenza fik innifsek b’mod speċjali jekk int tkun qiegħed tħoss li tlift il-kunfidenza li kellek, tagħtik dik l-ispirazzjoni u timliek b’aktar determinazzjoni sabiex int tkun tista’ twettaq dawk il-miri prinċipali li hemm ppjanati. Il-ġranet ideali għal din il-kristalla huma t-Tlieta u Sibt u din għandha tittpoġġa fil-kamratas-sodda. Għandha tinxtel dejjem bejn il-ħin tas-seba ta’ filgħaxija sakemm it-tea candle tinħela u qatt ma nonfu biex nitfuha. 

It-tielet kristalla: Obsidian

Din it-tielet kristalla għanda l-benefiċċju li tgħaraf aħjar il-kundizzjoni tas- saħħa tiegħek iġifieri għaraf li permezz taħha  tintuża fuq il-griżmejn, l-istonku, saqajn fost oħrajn. Toffrilek ukoll sabiex ikollok aktar enerġija ġewwa fik. Din l-aħjar li tintuża f’kamra fejn int tista’ tkun rilassat b’dik il-ftit mużika ta’ meditazzjoni jew mużika ħafifa. Tinxtel il-Ħamis biss dejjem bejn id-disa ta’ fil-għaxija sa sbieħ tal- jum ta’ wara. 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                       

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser ikun il-waqt sabiex tgħaraf liema direzzjoni hija verament idejali għalik.  Wara li issa taf x’hemm jistennik lejn futur aħjar, issa b’għaqal għaraf sew sabiex dak li int tiddeċidi jkun l-aktar pass għaqli lejn dik l-istabbilta’ li tant ilek tħejji.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Capricorn. Namaste 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                 

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser ikun il-waqt sabiex tgħaraf tqassam aħjar il-ħin tiegħek.  Int taf li minħabba raġunijiet ta’ ħidma li int għandek mhux qed ikun possibli ssib ħin għalik u għal familja.  Għalhekk issa għandek iċ-ċans it-tejjeb biex issib dak il-bilanċ. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Virgo. Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                          

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser ikun il-waqt għal aktar għarfien dwar is-saħħa tiegħek.  Għalkemm int magħruf kemm tgħaraf iżomm bilanċ tajjeb sabiex saħħtek tkun fl-aqwa kundizzjoni, pero’ tajjeb li tkompli tanalizza l-ħin ukoll għal relass fejn dan jagħtik dik il- motivazzjoni meħtieġa.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Iż-żodjaku li ser jagħtik kuraġġ fil-ħajja tiegħek ġej minn Sagittarius. Namaste 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                           

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser ikun il-waqt li twettaq analiżi ta’ mħabbtek.  Bħalissa qiegħed tħoss li qiegħed f’salib it-toroq u għalhekk ikun tajjeb li f‘din il-fażi tħares ftit lura u tanalizza l-esperjenzi passati tiegħek u minn hemm tgħaraf eżatt il-linja ġdida fl- imħabba. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Cancer huma magħrufin għal burdata stabbli tagħhom. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                          

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser ikun il-waqt li tgħaraf l-umilta’ f’dawk ta’ madwarek.  Vera li fil-passat qatt ma bsart li minn fost dawk ta’ madwarek kont ser tesperjenza uġieħ imma dan l-uġieħ wasslek sabiex tgħaraf aħjar kif issa għandek tafda u sa fejn tista’ tafda.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Leo huma magħrufin kemm huma umli.  Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                           

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo ser ikun il-waqt sabiex tagħmel xi tibdil li jista’ jwasslek sabiex tgħaraf tħossok aktar int bħal tibdil fil-mod kif tilbes, kif tiekol u anke bil-mod kif iġib lilek innifsek u dawn kollha flimkien ser jagħmluk persuna differenti. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. 
  • Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.  Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                         

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra ser tkun riflessjoni ta’ kif ser tkompli twettaq il-pjanijiet li int għandek imħejji.  Int qiegħed tħoss li l-ħin huwa kontra tiegħek pero’ xorta waħda twettaqx pjanijiet magħġla u wettaq kollox b‘għaqal sabiex b’hekk int tkompli tkabbar l-istabbilta’ b’mod aktar iffokkat.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. 
  • Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.  Namaste 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                       

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser ikun il-waqt li issa tfassal pjan iddettaljat ta’ dawk l-idejat li għandek imħejjijha għal dawk il-proġetti li huma fi ħsibek.  Ovvjament għandek timxi ma’ dawk li huma ta’ tkattir aktar mill-oħrajn sabiex b’hekk it-tkattir iseħħ b’mod aktar ħsieb. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. 
  • Scorpio huma magħrufin għal indipendenza tagħhom.  Namaste 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                   

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittrius huwa dak il-waqt li tgħaraf il-qagħda finanzjarja tiegħek fejn minħabba li f’dawn l-aħħar ġimgħat bdejt tara żbilanċ.  Minn issa għandek tgħaraf aħjar x’inhuma dawk l-ispejjes żejda sabiex minn issa twettaq b’aktar kontrol għal qagħda finanzjarja aktar stabbli. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. 
  • Sagittarius huma magħrufin għal abbilta’ organizzata tagħhom. Namaste 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                              

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn huwa dak il-waqt li terġa tanalizza l- qagħda tiegħek dwar din l-imħabba li qiegħed tesperjenza.  Int qiegħed tħoss ċertu nċertezza madwarek u għalhekk għaraf sabiex is-sitwazzjoni ma tkomplix tikkumplika ruħa u b’hekk tgħaraf aħjar x’inhu l-aħjar li int twettaq għal l-aħjar tiegħek.  Irrifletti.  

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Capricorn huma magħrufin għal ispontanjeta’ tagħhom.  Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                       

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius huwa mument ta’ riflessjoni dwar persuna viċin tiegħek li tinsab għadejja minn xi mument diffiċli.  Ovvjament dan huwa l-waqt tiegħek li tersaq lejha u jintesa dak kollu li seħħ fil-passat sabiex l-appoġġ tiegħek ikun sinjal ta’ fejda għal bidu ta’ għaqda aħjar. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. 
  • Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali.  Namaste 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                         

F’dan il-qamar kwinta fiż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser ikun il-waqt tiegħek sabiex tara aħjar il-qagħda tiegħek kemm mill att ta’ karriera u ta’ kif ser tkun qiegħed tħares lejn din ir-responsabbilta’ ġdida kkombinata issa għal ħin ma’ dawk ta’ madwarek.  Għalhekk tajjeb li twettaq analiżi profonda sabiex twettaq pjan tajjeb ta’ bilanċ. 

  • L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. 
  • Pisces huma magħrufin għal abbilta’ u t-twemmin fihom infushom.  Namaste 

 

More in Oroskopju