L-Oroskopju | L-erba' kristalli għaż-żodjaku ta' Virgo

L-oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon... Mill-Ħadd 10 ta’ Settembru sas-Sibt 16 ta’ Settembru

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April                                                                                

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aries ser tkun dik il-ġimgħa li għandek tagħraf aħjar kif se tanalizza l-imħabba tiegħek. Int trid issib mezz sabiex l-imħabba li għandek tkun kapaċi żżomma motivata sabiex b’hekk dejjem tagħraf is-sabiħ u kemm huwa importanti li jkun hemm dak in-nar bejnietkom. 

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Cancer. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Labradorite. Namaste  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju                                                                    

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Taurus ser tkun dik il-ġimgħa li toffri sorpriża lill-maħbub tiegħek.  Dan għandek tippjanaħ tajjeb sabiex din is-sorpriża li se twettaq tkun mezz li tixgħel dik il-fjamma profonda ta’ bejnietkom.  Għalhekk għaraf ippjana tajjeb għal dan.  

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Virgo. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade.  Namaste 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju                                                                    

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Gemini ser tkun dik il-ġimgħa fejn int triq tieqaf ftit mill ħajja mgħaġġla ta’ madwarek u tagħraf taħseb ftit kif int fl-imħabba tiegħek bħal   x’hemm tajjeb kif ukoll x’hemm li jista’ jkun aħjar.  F’dan iż-żodjaku ta’ Virgo żgur li int tista’ ssaħħaħ aktar l-imħabba tiegħek.   

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Capricorn. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste                                                                              

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju                                                                   

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Cancer ser tkun dik il-ġimgħa fejn int żgur trid tħares lejn l-imħabba tiegħek bħala sitwazzjoni li dejjem għandha bżonn tiġġedded.  Għalkemm int persuna li toffri dak kollu sabiex l-imħabba tiegħek iżżomma bħal fjamma dejjem mixgħula, int trid iż żomm lilek innifsek iffokat.  Irrifletti.  

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Taurus. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarine. Namaste 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu                                                                      

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Leo ser tkun dik il-ġimgħa fejn trid tikkombina l-esperjenzi li int esperjenzajt fil-passat ma’ dawk li int qiegħed tesperjenza fil-preżent.  Hekk l-imħabba tiegħek tkun waħda aktar stabbli u tkun waħda aktar kompluta.  Dejjem irrifletti dwar kull pass li twettaq.  

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Scorpio. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru                                                       

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik l-istess Virgo ser tkun dik il-ġimgħa fejn int għandek tħossok ferm magħqud fl-imħabba tiegħek.  Din hiia ġimgħa partikolari li l-istess żodjaku tiegħek jagħmlek aktar konxju ta’ kemm l-imħabba li għandek hija dak il- pedament li jorbod lilek mal-kumplament tal-ħajja tiegħek.  Għalhekk għaraf b’għaqal.  

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Gemini. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Onyx. Namaste 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru                                                         

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Libra ser tkun dik il-ġimgħa li int għandek tesprimi dak li int ilek tant iżżomm ġewwa fik.  Din hija ġimgħa fejn għandek ċans tajjeb li dak li int għandek ġewwa fik tesprimih bil-galbu u b’hekk int ser issaħħaħ aktar l-imħabba tiegħek.    

  •  Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Pisces. 
  • Il-Kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l- Quartz.  Namaste                                                

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru                                                    

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Scorpio ser tkun dik il-ġimgħa li int għandek timtela’ b’kuraġġ.  Għalkemm jista’ jkun hemm ċerta ntoppi fl-imħabba tiegħek int tista’ trażżan dawn l-intoppi, iżda mhux bi sforz.  Qatt twettaq soluzzjoni bi sforz għax din taf toħloq aktar kumplikazzjonijiet.  Wettaq soluzzjoni bil-għaqal.       

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Leo. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste                                            

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru                                            

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Sagittraius ser tkun dik il-ġimgħa li ser tħoss dik is-sensittività u dan mhux għax int iżda għax iż-żodjaku ta’ Virgo ikkombinat maż-żodjaku ta’ Sagittarius joħloq din is-sensittività, u grazzi għal dan, din tista’ tkun mezz kif int iżżomm l-imħabba tiegħek motivata u ħajja.  Analizza.   

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Aquarius. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Tiger’s Eye. Namaste                                                                                      

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar                                                           

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Capricorn ser tkun dik il-ġimgħa fejn int trid tikkontrolla dik l-aggressjoni ta’ ġewwa fik.  Żomm il-bogħod milli tesprimi.  Dan mhux il- waqt li int tesprimi ċerta negattivita’.  Huwa vera li dan ilek iżommu ġewwa fik, iżda dan mhux il-mument.   Ser jasal il-waqt biex tesprimi iżda mhux issa.  

  • Iż-Żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Aries. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste 

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar                                                                      

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Aquarius ser tkun dik il-ġimgħa fejn, grazzi għal dan iż-żodjaku, int għandek tanalizza l-madwar tiegħek.  Ovvjament, fejn jidħol l-aspett tal-imħabba, int trid tieqaf sabiex tanalizza x’tista’ tagħmel sabiex tkun aħjar, u sabiex issib bilanċ aħjar biex l-imħabba tiegħek tkompli titkattar.   

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Libra. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste                                       

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu                                                                         

F’din il-ġimgħa taż-żodjaku ta’ Virgo għalik Pisces ser tkun dik il-ġimgħa fejn issa int tinsab f’qagħda tajba dwar il-pass ‘l quddiem.  F’dawn l-aħħar ġimgħat wettaq analiżi tajba tas- sitwazzjoni preżenti ta’ din l-imħabba u għalhekk issa huwa l-waqt li twettaq dak il-pass li jmiss.  Għaraf sew sabiex tkompli s-saħħaħ dak li verament tixtieq. 

  • Iż-żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak ta’ Sagittarius. 
  • Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye.  Namaste 

L-erba' kristalli għaż-żodjaku ta' Virgo

Kull żodjaku għandu l-fażi tiegħu f’dawk l-erba ġimgħat fejn kull ġimgħa jkollha dik il- kombinazzjoni partikolari bħal eżempju l-bidu taż-żodjaku, l-fażi taż-żewġ qmura,  hemm ukoll dawk id-dati partikolari , hemm ix-xemgħat ikkombinati, hemm il-kombinazzjonijiet kif ukoll il-kristalli kkombinati ma’ dak iż-żodjaku partikolari u propju f’dan l-artiklu ser inkun qiegħed inwassal il-kombinazzjoni tal-KRISTALLI waqt dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo.  

Bħal dejjem f’Malta, indumu ftit ma nimxu ma’ xi aspett li jkun għad m’hawnx ħafna informazzjoni dwaru, pero’ nieħu gost li qiegħed ikun hawn aktar għarfien dwar il-vera benefiċċju ta’ dawn il-kristalli. Issa qegħdin naraw ħafna ħwienet imferxin ma’ Malta li huma biss bil-kristalli, u anke minn żmien għal żmien qegħdin jitwaqqfu Seminars dwar dan is-suġġett u dan juri li l-interess dejjem qiegħed jiżdied !  

F’dan l-artiklu ser ikun qiegħed inwassal l-erba kristalli kkombinati ma’ dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo. Ikun tajjeb li nagħrfu kemm nistaw nibbenefikaw enerġija pożittiva minn dan is- sors naturali ta’ dawn il-kristalli, iżda rridu nagħrfu li kull kristalla waqt kull żodjaku għandha sors differenti u għalhekk tajjeb li int tkun taf tajjeb il-benefiċċju  dwar dik il-kristalli kkombinata  ma’ dak iż-żodjaku partikolari ! 

Hawn ser inkun qiegħed inwassal dik l-informazzjoni bażika dwar dawk l-erba' kristalli meqjusa ta’ benefiċċju f’diversi aspetti waqt dan is-sitt żodjaku ta’ Virgo. 

L-Erba kristalli kkombinati ma’ dan iż-żodjaku huma dawn: Saphire, Peridot, Malachite u Amber  Namaste  

 

More in Oroskopju