L-Oroskopju għall-bidu tat-tnax-il żodjaku: PISCES
L-Oroskopju għall-bidu tat-tnax-il żodjaku: PISCES
Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, l-istess Pisces se jkun riflessjoni profonda dwar il-karriera, kemm dik preżenti, kif ukoll dwar dak li int qed tistenna fil-futur qarib. Huwa mument fejn issa trid tagħraf jekk tkomplix tespandi lejn ħidmietek għall-futur. Namaste.
Aries, mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, Aries se jagħmlek tħoss li m’intix kuntent għalkollox b’dak li int qed tesperjenza bħalissa. Minn barra, qed turi li kollox sew u kuntent imma minn ġewwa fik, is-sitwazzjoni hija ferm l-oppost ta’ dan kollu. Namaste.
Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, Cancer se jpoġġik f’qagħda li trid tikkumbatti aktar mis-soltu biex ċerti pjanijiet li kellek ippjanati ma jitħarbtux. Għalhekk huwa importanti li b’intelliġenza tagħraf tegħleb kull ostaklu. Namaste.
Scorpio, mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, Scorpio huwa mument ta’ riflessjoni profonda dwar il-ħajja personali tiegħek. Għalkemm din ir-riflessjoni se tagħmlek tħossok qisek qiegħed maqbud bejn żewġ toroq, l-importanti li tagħraf lilek innifsek. Namaste.
Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta’ Pisces, għalik, Sagittarius se jkun żmien tajjeb ħafna biex tibda tirranġa dawk l-intoppi li qed ifixkluk. Hemm bżonn li tagħraf iżżomm bilanċ għal direzzjoni ideali. Namaste.
Seba’ vouchers ta’ 7€ għalik
L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon.
Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna.