Il-Qamar kwinta għaż-żodjaku ta’ Aries
L-oroskopju mwassal mill-astroloġista u awtur PaulJon mill-Ħadd 24 ta’ Marzu sas-Sibt 30 ta’ Marzu
Aries (Il-Kibx), mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, l-istess Aries se tkun ġimgħa li tagħtik iċ-ċans tagħraf aħjar il-bilanċ ta’ kif tista’ ssib aktar spazju għalik. Il-ħidma hija bżonjuża iżda l-ħin għar-rilass huwa bżonjuż ukoll. Irrefletti. Aries huma magħrufin għall-abbiltà organizzattiva tagħhom. Namaste.
Gemini (It-Tewmin), mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Gemini se tkun fażi fejn trid tagħraf tkun magħqud u determinat aktar sabiex tasal fejn tixtieq int. Dan minħabba li bħalissa qisek qed issib diffikultà. Agħraf emmen iżjed. Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Namaste.
Virgo (L-Għodra), mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Virgo hija ġimgħa li grazzi għal dan iż-żodjaku tista’ ssib ħin għalik waħdek u tagħraf eżattament x’inhu siewi għalik, kemm għall-ġimgħat li ġejjin, kif ukoll għall-futur. Virgo huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Namaste.
Scorpio (L-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, Scorpio hija dik il-ġimgħa li se ġġiblek dik il-ħeġġa ta’ determinazzjoni li tant għandek bżonn fil-preżent. Iż-żmien ta’ monotonija ħallih warajk. Ikkonċentra biss lejn il-pjanijiet li għandek. Scorpio huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Namaste.
Pisces (Il-Ħut), mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan il-qamar kwinta taż-żodjaku ta’ Aries, għalik, f’Pisces trid tagħmel analiżi profonda dwar it-tqassim finanzjarju tiegħek b’mod aktar bilanċjat. Għadek fiċ-cans li jkollok bilanċ aħjar fil-mod kif tqassam il-finanzi tiegħek. Analizza. Pisces huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste.
Seba’ vouchers ta’ 7€ għalik
L-ewwel seba’ qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta’ 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta’ PaulJon.
Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna.