Il-Qamar Ġdid (New Moon) waqt iż-żodjaku ta’ Aquarius (Iż-Żir)
L-Oroskopju mwassal mill-Astroloġista PaulJon
Mill-Ħadd 26 ta’ Jannar sas-Sibt l-1 ta’ Frar
Aquarius (iż-Żir), mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, l-istess Aquarius se tkun ġimgħa fejn trid twettaq analiżi ta’ dak li seħħ madwarek sabiex b’hekk issa tista’ tibda tħejji l-pjanijiet meħtieġa. Analizza sew. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Cancer. Namaste.
Taurus (it-Tawr), mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Taurus se jkun il-bidu ta’ fażi fejn issa għandek dik l-opportunità li kapaċi tkattrek. B’hekk se tkun f’qagħda li ttejjeb futurek. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Libra. Namaste.
Cancer (il-Qabru), mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Cancer se tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar kunfidenti. Trid toħloq ambjent ta’ kunfidenza ġewwa fik sabiex grazzi għal din il-kunfidenza tkun kapaċi tmexxi u tkattar lilek innifsek. Irrifletti. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Taurus. Namaste.
Virgo (l-Għodra) mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Virgo se tkun ġimgħa fejn se tagħraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek jekk għadhiex waħda li tixtieq. Int bdejt bħal tħoss ġewwa fik li jista’ jkun wasal il-mument għall-bidla. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Virgo. Namaste.
Scorpio (l-Għaqreb), mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
F’dan il-Qamar Ġdid waqt iż-żodjaku ta’ Aquarius, għalik, Scorpio se tkun dik il-ġimgħa fejn trid tieħu pawża minn dak li hemm madwarek; pawża sabiex grazzi għaliha tkun kapaċi tippjana aħjar il-proġetti li tixtieq twettaq. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta’ Libra. Namaste.