Nifraħ lill-membri eletti Ewropej
Nifraħ immensament u tassew prosit lill-erba’ nisa li ġew eletti bħala membri tal-parlament Ewropew. B’umiltà u rispett intom mitlubin u għandkom id-dmir li twasslu l-vuċi, ilmenti u dak kollu li jkun tajjeb għalina l-Maltin u l-Għawdxin. Aħna bil-vot tagħna tajnikom il-fiduċja u ġejtu eletti.
Jien, għalija u ħafna nies oħra, nippretendu li twasslu l-ilmenti tagħna dwar il-famuż qorti ta’ Malta u d-dewmien fit-tul daqs għomor ta’ bniedem. Fejn jekk jien ma nidhirx quddiem il-qorti niġi mmultat filwaqt li jekk l-Avukat jew is-Sur Imħallef ma jidhirx, il-kawża tiġi differita u qisu qatt ma ġara xejn.
Jien kelli kawża li tawlet 22 sena filwaqt li ltqajt ma’ bniedem li qal li kien ilu jistenna 43 sena biex tinqata’ l-kawża tiegħu. Nitlobkom li tieħdu ħsieb din is-sitwazzjoni bis-serjetà.