
Il-Gidma tal-Poodle... Kolonna satirika, eskluża mil-libelli
Isa tfal, illum ħa ngħidulkom ftit fuq it-traffiku f’Malta. Billi għandkom ħafna ħin fit-traffiku tkunu tistgħu taqraw flok teħlu l-ħin fuq il-mowbajl

Id-diżgrazzja u l-grazzja
Mela meta ġrat id-diżgrazzja ta’ Miriam Pace kien hemm dwejjaq, rabja kontra l-istituzzjonijiet u l-aġenziji. Kontra l-kuntratturi, kontra r-raqda tal-Istat. Għalhekk kien sew li nitolbu aktar serjetà mingħand kullħadd. Fosthom il-BCA, il-Building Construction Agency.
Kien għalhekk li ħadt xokk meta rajt li r-raġel ta’ Miriam Pace jaħdem il-BCA. Bħala kurjuż mort nistaqsi x’jagħmel hemm. Qaluli li wara l-inċident s-sur Pace beda jaħdem il-BCA. Ikolli ngħid li mhu qed nifhem xejn.

Joseph il-king
Isma trid tkun ftit ardit li dakinhar li toħroġ is-sentenza tal-Vitals tmur Betta mal-mara biex u ttella’ ritratt fuq Instagram.
Qed titkessaħ Ġuż, u anke kif tkun liebes qisek xi dandy imbgħad Michelle... u ejja. Mhux aħjar toqgħod ftit taħt ir-radar.
F’qalbek probabbilment qed tgħid kif irranġak Robert, lanqas ħaqq kemm ċemplet biex nies jivvutaw għar-Robert u mhux għal Chris Fearne. Qed tara?
Insomma il-King aħjar joqgħod attent għax kullħadd għajnejh fuqu ... u din tal-Vitals taħwida manja. U ma jiġix igħid li mhux it-tort tiegħu.

Konrad il-qaddis
Smajtu hux hekk li Konrad sab lil Alla? Issa jekk Alla jridux jew le argument ieħor.
Imma ejja nitkellmu sew, mhux sew li Konrad responsabbli minn kollox tafux. Il-borma dejjem fuq tlieta qagħdet. U miskin dan Konrad jew għax twajjeb iż-żejjed jew l-oppost estrem dejjem għamel li kellu jagħmel għax rieduh jagħmel hekk.
Li ma nafx hu għalfejn ma jiftaħx ħalqu u jgħidilna verament x’ġara dakinhar f’tal-Vitals u f’tal-Panama. Mhux aħjar tiftaħ qalbek u tgħidilna x’ġara. U ejja, tibżax...

L-iktar politiku bravu tal-ġimgħa
Kull ġimgħa qed nipprova nara min jista' jkun il-politiku bravu tal-ġimgħa. Heqq ikolli nagħżel lil Adrian Delia.
Delia kemm hu bravu hux, ħasra għalih li ma għadux kap tal-Pi enne. Imma ma hemm x'tagħmel.
Delia kien wiċċu għad-dawl, iħares b’dawk l-għajnejn kbar iteptpu, bil-gangala u ż-żaqq. Kuntent ovjament. Imma jkolli ngħid f’qalbu beda jgħid iż-ż*** kieku ġiet meta kont kap!
Ma hemmx tagħmel issa hemm Bernie u ma' Bernie ċ-ċans hu li jaħxi kollox u jitlef l-opportunità li għandu quddiemu!