Boris Johnson qiegħed jiffaċċja battalja ġdida fil-Parlament Ingliż u dan wara li tilef l-ewwel vot tiegħu bħala Prim Ministru hekk kif Deputati tiegħu u anke dawk tal-Oppożizzjoni, ivvotaw kontra Brexit bla ftehim.
Kienu 328 Deputat li vvutaw kontra Johnson, filwaqt li 301 ivvutaw favur li Brexit isir fil-31 ta’ Ottubru bi ftehim jew mingħajru.
Min-naħa tiegħu, Boris Johnson saħaq li lest isejjaħ elezzjoni ġenerali jekk ikun sfurzat li jitlob estensjoni għal Brexit.
Fil-fatt, il-pass li jmiss għall-Parlament se jkun qed jivvota dwar mozzjoni biex Brexit ikun pospost mill-ġdid.
Jekk din il-mozzjoni tgħaddi, il-Parlament se jkun qed jivvota dwar jekk għandhiex tissejjaħ elezzjoni jew le.