L-eks Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, ħabbar li se jkun qed jirriżenja mill-Partit Demokratiku u miegħu se jkunu qed jitilqu wkoll xi membri u Deputati oħra.
Intervistat mill-ġurnal ‘Repubblika’ Renzi saħaq li l-Partit Demokratiku Taljan qiegħed jinġarr mill-kurrenti u ma hemm l-ebda viżjoni għall-futur.
Fl-aħħar ġimgħat, il-Partit Demokratiku ssieħeb f’koalizzjoni mal-Movimento Cinque Stelle biex Giuseppe Conte seta’ jifforma Gvern ġdid.
Renzi vvota favur dan il-Gvern meta ttieħed il-vot fil-Parlament.
Conte saħaq li d-deċiżjoni tiegħu ħadha għall-ġid ta’ kulħadd, inkluż tal-Prim Ministru Giuseppe Conte.
Huwa ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jifforma partit ġdid u li jieħu sehem fl-elezzjoni ġenerali tal-2023 u dawk Ewropej tal-2024.