L-ewwel riżultati tal-elezzjoni ġenerali Iżraeljana juru li ż-żewġ mexxejja politiċi jinsabu ras imb’ras, bil-Prim Ministru Benjamin Netanyahu jaqa’ ħafna lura.
Jidher li l-partit ta’ Netanyahu mistenni jirbaħ bejn 30 u 33 siġġu u dak tar-rivali tiegħu Benny Gantz mistenni jirbaħ bejn 32 u 34 siġġu.
Prim Ministru jeħtieġ li jkollu 61 siġġu fil-Parlament u għalhekk wieħed jistenna li issa jibdew in-negozjati mal-partiti ż-żgħar.
Ir-riżultat uffiċjali mistenni jitħabbar aktar tard illum.
It-tir ta’ Netanyahu huwa li jikser ir-rekord u jirbaħ il-ħames leġislatura tiegħu.
Din kienet it-tieni elezzjoni ġenerali f’ħames xhur wara li Netanyahu ma kienx irnexxielu jifforma koalizzjoni.