Id-39 persuna li lbieraħ instabu mejta f’kontejner f’Essex, l-Ingilterra, kienu kollha Ċiniżi.
Il-persuni nstabu mejta f’kontejner friża u x’aktarx li mietu minħabba t-temperaturi baxxi.
Il-Pulizija għadha qed tinterroga lix-xufier, żagħżugħ ta’ 25 sena.
Għadu mhux magħruf jekk iż-żagħżugħ kienx jaf li fil-kontejner kien hemm persuni jew inkella spiċċax imdaħħal f’dan il-każ innoċentament.
Intant, Pulizija fl-Irlanda ta’ Fuq wettqu rejd f’żewġt idjar u l-Aġenzija Nazzjonali dwar il-Kriminalità saħqet li qed taħdem biex tidentifika gruppi ta’ kriminalità organizzata li setgħu lagħbu parti importanti f’dan il-każ.