Eluf ta' nies mistennija jipparteċipaw f'marċ fi Glasgow fl-Iskozja

Skont il-Kunsill ta' Glasgow, madwar 100,000 persuna huma mistennija li jipparteċipaw

Eluf ta’ nies mistennija jieħdu sehem f’rally fi Glasgow minkejja li tħassru pjanijiet għal mass meeting wara li l-uffiċċju metereoloġiku bassar jum ta’ riħ u xita. Madankollu skont il-Kunsill ta’ Glasgow xorta mistennija jinżlu fit-toroq madwar 100,000 biex jieħdu sehem f’din ir-rally. L-organizzaturi saħansitra xandru li ser jipparteċipaw mat-300,000 persuna.


Il-marċ ser jiċċelebra r-rebħa kbira li kien kiseb il-Partit Nazzjonalista Skoċċiż (SNP) f’Diċembru li għadda meta rebaħ 49 minn 58 siġġu Parlamentari Skoċċiż fir-Renju Unit . L-SNP għadu jokkupa wkoll 62 minn 129 siġġu fil-Parlament Skoċċiż.


Ir-rally tal-lum ser ikun l-ewwel wieħed minn tmien rallys illi ser jorganizza l-grupp All Under One Banner (AUOB).Stqarrija mill-AUOB qalet li l-grupp kien biħsiebu jkompli bl-attività minkejja x-xita għax kemm-il darba jħassar din ir-rally mhu ser ikollu ebda ċans jikseb l-indipendenza.

S’issa l-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson irrifjuta b’mod kategoriku li jsir referendum ieħor dwar l-indipendenza tal-Iskozja. Minkejja dan il-mexxeja tal-SNP Nicola Sturgeon talbet li l-Parlament Skoċċiż jingħata d-dritta biex jerġa’ jsir referendum xħin u meta jiddeċiedi l-Parlament.

Minkejja l-kummenti tiegħu Boris Johnson stqarr li ser jikkunsidra dawn il-proposti li tressqu f’dokument ta’ madwar 38 paġna.

 

More in Barranin