Matteo Salvini ma rnexxilux jirbaħ l-elezzjonijiet reġjonali fir-reġjun ta’ Emilia-Romagna, liema elezzjoni huwa kien qiegħed iħares lejha bħala attentat kif jista’ jagħti daqqa ta’ ħarta lill-Gvern ta’ koalizzjoni bejn il-Movimento Cinque Stelle u l-Partit Demokratiku.
Salvini kien qed jittama li jikseb riżultat aħjar u jkun jista’ jargumenta u jisħaq li l-Gvern Taljan ta’ koalizzjoni qed ikompli jnaqqas mill-fiduċja tiegħu.
Jidher li l-kandidat tal-Partit Demokratiku kiseb madwar 50% tal-voti, filwaqt li dak tal-Lega, il-Partit ta' Salvini, kiseb madwar 45% tal-voti.
Madanakollu, il-Prim Ministru Giuseppe Conte kien qed jinsisti bil-kuntrarju, jiġifieri li din l-elezzjoni ma’ kellha l-ebda impatt fuq il-politika nazzjonali u għalhekk bl-ebda mod ma’ setgħet tkun ikkunsidrara bħala vot ta’ fiduċja fil-Gvern.
Għal din l-elezzjoni vvutaw madwar 67.7% ta’ dawk eleġibbli, turnout b’saħħtu meta wieħed jikkunsidra li fl-2014 ivvotaw biss 36%.