Hekk kif diversi pajjiżi madwar l-Ewropa bdew jillaxkaw ir-restrizzjonijiet li daħħlu fis-seħħ dwar il-COVID-19, l-Ewropej qed ikunu mwissija dwar mewġa oħra ta’ każijiet hekk kif is-sajf qed joqrob.
Esperti qed iwissi li r-rati baxxi ta’ infezzjonijiet u meta wieħed iqis it-temperaturi li qed jogħlew u l-ġranet sbieħ marbuta ma’ dan iż-żmien tas-sena, jistgħu jwasslu biex diversi persuni jinjoraw l-appelli dwar id-distanzja soċjali, joħorġu u jiltaqgħu man-nies.
Meta wieħed jikkunsidra studju dwar pandemiji li għaddew, l-esperti qed jisħqu li t-tieni mewġa hija probabbli li seħħ anke din id-darba.
Propju għalhekk li Brussell qed tappella lill-pajjiżi biex iżommu għajnejhom miftuħa.
Stefan de Keersmaekcer, kelliem għall-Kummissjoni Ewropea saħaq li l-istati membri għandhom iħejju lilhom infushom għat-tieni mewġa ta’ invezzjonijiet u għalhekk appella biex l-istati membri jsaħħu s-sistemi tagħhom ta’ sorveljanza.
Insista li għandu jkun assigurat li ċ-ċittadini kollha Ewropej jifhmu li t-tieni mewġa għadha tista’ sseħħ anke jekk l-ewwel mewġa kienet ikkontrollata.
Fil-fatt, l-appell huwa biex l-Istati Membru jerħu r-restrizzjonijiet ftit ftit u skont il-pariri tal-esperti.
Fl-aħħar jiem, hekk kif il-Ġermanja naqset xi restrizzjonijiet matul l-aħħar jiem, reġa’ kien hemm żieda fil-każi.