18/2/2021 (9:55 p.m.): Perseveranza jinżel fuq Mars

Ftit sigħat oħra, 'Perseverance' li ilu jivvjaġa bejn id-Dinja u Mars għal seba' xhur mistenni jinżel fuq il-pjaneta Mars

Ftit sigħat oħra, ir-rover tan-NASA bl-isem ta' 'Perseverance', mistenni jagħmel l-inżul tiegħu fuq il-pjaneta Mars. Ir-rover li vjaġġa 292.5 miljun mili mit-30 ta' Ġunju sal-lum, intbagħat f'missjoni f'isem in-NASA bl-iskop li jfittex għal-ħajja fuq pjaneti oħra.

Din il-vettura se tkun qed tfittex għal fossili billi tesplora l-'Jezero Crater', għadira antika li kienet teżisti 3.9 biljun sena ilu. Il-missjoni ta' wara hi li kampjuni li jinġabru minn 'Perseverance' jirritornaw lura fl-2030. Jakkumpanja din il-vettura hemm ukoll ħelikopter bl-isem ta' 'Ingenuity' li hekk jirnexxilu jinżel, ikun kiser rekord tal-ewwel ħelikopter fuq pjaneta oħra.

Għalkemm ma nistgħux naraw l-inżul ta' dawn il-vetturi f'xandira diretta, NASA qed tistieden il-pubbliku biex jsegwi kummentarju fuq NASA TV Channel.  F'dan il-kummentarju, t-tim tal-kontroll tan-NASA se jikkonfermaw hekk ir-rover jinżilx sigur fuq Mars.

 

More in Barranin