Ħaddiema tal-posta fl-Italja interċettaw ittra suspettuża li kienet indirizzata lill-Papa Franġisku u li meta nfetħet mill-Pulizija rriżulta li kien hemm fiha tliet bullets.
Skont il-Pulizija, l-ittra nstabet f'faċilità tal-posta viċin Milan u kienet ġejja minn Franza.
Il-ħaddiema mill-ewwel innutaw li kien hemm xi ħaġa suspettuża u infurmaw minnufih lill-awtoritajiet.
L-indirizz fuq l-ittra kien miktub bl-idejn u kien jgħid: "Il-Papa, Belt tal-Vatikan, Pjazza San Pietru, Ruma." Apparti l-bullets, kien hemm ittra li kienet tirreferi għall-operat finanzjarju tal-Vatikan.
Immedjatament bdiet investigazzjoni anke jekk il-Vatikan ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar dan il-każ.