Kalush Orchestra, il-band Ukrena li rebħet il-Eurovision Song Contest din is-sena, biegħet it-trofew li rebħet għal $900,000 (€838,000) biex jiġbru flus għall-Gwerra fl-Ukrajna.
Il-mikrofonu tal-kristall ġie rkantat fuq Facebook bl-għan li jinxtraw drones għall-militar tal-Ukrajna. Fl-istess ħin tal-irkant l-istess band kienet qed idoqq f’kunċert ta’ karità fil-Brandenburg Gate ta’ Berlin bl-għan li jinġabru flus għall-kura medika u provvisti mediċi.
F'dan il-kunċert, il-kantant ta' Oleh Psiuk appella biex in-nies ma jidrawx il-gwerra, li skont in-Nazzjonijiet Magħquda (UN), ħalliet mill-inqas 4,031 ċivili mejta u 4,735 midruba.
Fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook, il-grupp irringrazzja lil kull min għamel donazzjoni iżda finalment irringrazzja l-kumpanija Whitebit li xtraw it-trofew.