Bil-filmat: 16 maqtula f'attakk bil-missili f'belt Ukrena
"Dan il-ħażen Russu irridu ngħelbuh malajr kemm jista' jkun," appella l-President Ukren
More in Barranin
"Dan il-ħażen Russu irridu ngħelbuh malajr kemm jista' jkun," appella l-President Ukren
Il-belt Ukrena ta' Kostyantynivka safa vittma ta' attakki minn missili li ħallew 16-il persuna mejta, fosthom tifel, kif ukoll 28 oħra sofrew ġrieħi. Din hija belt fil-Lvant ta' reġjun ta' Donetsk, viċin il-quddiem tal-battalja bejn l-Ukrajna u r-Russja.
Fost l-istrutturi rappuratati milquta hemm suq, ħwienet, kif ukoll spiżerija.
Minn filmat li ċċirkola fuq il-midja soċjali, jidher il-mument eżatt tal-isplużżjoni. Din seħħet f'triq mimlija nies li kienu sejrin lejn is-suq u l-ħwienet.
at least 16 people killed in kostyantynivka after russian strike on the strategic target of…
— ian bremmer (@ianbremmer) September 6, 2023
a market full of civilians pic.twitter.com/er4jptKwG8
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky stqarr li dan in-numru - "nies li m'għamlu xejn ħażin," - jista' jogħla. "Dan il-ħażen Russu irridu ngħelbuh malajr kemm jista' jkun."
Il-Prim Ministru Ukren Denys Shmyhal qal li, "s-servizzi kollha qed jaħdmu u n-nirien qegħdin taħt kontroll."
Investigazzjoni fuq l-attakk infetħet mill-Prosekutur Ġenerali tal-Ukranja, li saħaq li se jkunu qed ifittxu li jibdew "proċeduri kriminali rigward ksur ta' liġijiet tal-gwerra. Il-Prosekuzzjoni qed tagħmel dak kollu possibbli sabiex tiddokumenta r-reati kollha li l-Federazzjoni Russa qed twettaq tul din il-gwerra."
Ir-Russja għadha ma kkummentatx fuq dan il-każ, iżda fil-passat ċaħdet li qed tpoġġi ċittadini fil-mira tagħha.