L-Iżrael fi gwerra wara attakk sorpriża mill-Hamas
Minn tal-inqas 40 persuna s’issa huma mejta u l-għadd tal-imwiet mistenni jitla’ minħabba l-gravità tal-konflitt
More in Barranin
Minn tal-inqas 40 persuna s’issa huma mejta u l-għadd tal-imwiet mistenni jitla’ minħabba l-gravità tal-konflitt
L-Iżrael u l-Hamas jinsabu fi stat ta’ gwerra wara li seħħ attakk sinifikanti mill-Grupp Iżlamiku Militari fl-istrixxa ta’ Gaza. Waqt l-attakk ġew sparati numru kbir ta’ rokits, kif ukoll grupp ta’ persuni armati tal-Hamas daħlu fl-Iżrael.
L-istorbju ta’ sireni ħonoq it-toroq ta’ Iżrael hekk kif skont il-Hamas, ġew sparati mal-5,000 rokit minn Gaza u għalhekk l-Iżrajel iddikjarat stat ta’ gwerra b’rispons.
S’issa l-kunfitt rriżulta f’mwiet miż-żewġ naħat, b’rapporti premilimari jindikaw li diversi persuni u suldati Iżraeljani nqatlu. In-numru tal-imwiet mistenni jiżdied, s’issa minn tal-inqas 40 Iżraeljani mietu. F’Gaza, kien hemm ukoll diversi vittmi minħabba l-attakki mill-ajru Iżraeljani.
Mohammed Deif, il-Kmandant tal-Militari tal-Hamas ħabbar li nieda operazzjoni militari sabiex jipproteġi l-moskea ta’ al-Aqsa f’Ġerusalemm. Dan l-iżvilupp mistenni jeskala l-vjolenza fir-reġjun.
L-aħħar konflitt serju li ra l-pajjiż tal-Iżrajel kien lura f’2021 u hemm biżà li titqajjem mewġa ġdida u ikbar ta’ vjolenza fir-reġjun. Gaza ilha għaddejja minn diversi gwerer u rapporti qed jgġidu li l-popolazzjoni qed taffaċja kundizzjonijiet ta’ għajxien koroh minħabba l-imblokk minħabba blockade li sar mill- Iżraeljani.