Il-konflitt bejn l-Iżrael u l-Hamas kompla jeskala drammatikament hekk kif il-grupp militanti Palestinjan nieda attakk bla preċedent fuq Iżrael, Aktar minn 400 Palestinjan u ta’ l-inqas 300 Iżraeljan inqatlu.
Il-Forzi Militari tal-Iżrael irrapportaw li għad hemm tmien żoni ta’ konflitt mal-militanti tal-Hamas ġewwa t-territorju tiegħu. Madankollu, huma sostnew li reġgħu ħadu l-kontroll ta’ 22 post fin-naħa t’isfel tal-pajjiż. Il-Hamas, min-naħa l-oħra, qed tgħid li “l-ġlied qalil” għadu għaddej.
Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu indirizza lin-nazzjon, u enfasizza li Iżrael issa jinsab f’nofs “gwerra twila u diffiċli” u qal li dan huwa “attakk kiefer mill-Hamas”, għalhekk saħaq li l-Iżrael trid toħroġ bl-offensiva minħabba r-riskju ta’ Sigurtà Nazzjonali.
L-Iżrael nieda attakki ta’ ritaljazzjoni fl-istrixxa ta’ Gaża, li wasslu lill-uffiċjali Palestinjani biex jirrappurtaw aktar minn 250 vittma. Fl-isfond ta’ dan, l-awtoritajiet taw parir lir-residenti ta’ Gaża biex ifittxu kenn immedjatament, hekk kif ir-rejds tal-ajru qed jippersistu. Familji qed jieħdu kenn fi skejjel immexxija min-Nazzjonijiet Uniti biex jaħarbu mill-vjolenza.
Il-Forzi tal-Ajru Iżraeljani attakkaw bini tal-Kap tad-Dipartiment tal-Intelliġenza tal-Organizzazzjoni terroristika tal-Hamas. L-istess forzi komplew bl-attakki tagħhom fl-istrixxa ta’ Gaża.
Rapporti jindikaw li mill-inqas 250 Iżraeljan tilfu ħajjithom traġikament minħabba l-konflitt li qed jintensifika. Barra minn hekk, għexieren, possibbilment sa 100 individwu, ġew rappurtati maħtufa mill-Hamas wara l-offensiva tagħhom fuq l-art, l-ajru u l-baħar. Dawn l-iżviluppi poġġew pressjoni kbira fuq l-apparat tas-sigurtà ta’ Iżrael.
B’żieda mal-kumplessità tas-sitwazzjoni, il-grupp militanti Libaniż Hezbollah daħal fil-konflitt. Huma ħadu r-responsabbiltà għall-attakki fuq il-Muntanja Dov, żona kkontestata mitluba mill-Iżrael, il-Libanu, u s-Sirja. Iżrael wieġeb billi nieda kontrattakki fit-territorju Libaniż, u żiedet it-tensjoni fir-reġjun.