L-attriċi Maggie Smith, magħrufa għall-films ta' Harry Potter u Downton Abbey, mietet fl-età ta' 89 sena, skont dak li qalet il-familja tagħha.
Fi stqarrija minn uliedha Toby Stephens u Chris Larkin qalu: "Huwa b’niket kbir li rridu nħabbru l-mewt ta’ Dame Maggie Smith. Hija mietet fis-sliem l-isptar kmieni dalgħodu, il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru."
Huma ddeskrivewha bħala persuna li kienet riservata ħafna. Qalu li hija kienet imdawra minn ħbieb u familja sal-aħħar.
Hija ħalliet warajha żewġ ulied u ħames neputijiet imħabbtin li jinsabu qalbhom maqsuma bit-telfa tal-omm u n-nanna straordinarja tagħhom.
"Ninsabu grat ħafna lejn l-istaff meraviljuż tal-Isptar Chelsea u Westminster għall-kura tagħhom u l-ġentilezza bla tarf matul l-aħħar ġranet tagħha. Nixtiequ nirringrazzjawkom għad-diversi messaġġi sbieħ u l-appoġġ, u nitolbukom tissoktaw tirrispettaw il-privatezza tagħna f'dan il-mument."