L-eks membru mill-grupp tal-pop One Direction, Liam Payne, miet wara li waqa' minn gallarija ta' lukanda fl-Arġentina.
Il-kantant ta’ 31 sena sofra ġrieħi serji wara li waqa’ mit-tielet sular ta’ lukanda fil-belt kapitali, Buenos Aires, skont il-pulizija Argentin.
Alberto Crescenti, il-kap tas-sistema medika tal-emerġenza fl-istat, ikkonferma mal-midja li Payne waqa’ mill-bitħa tal-lukanda ‘CasaSur’ fiż-żona ta’ Palermo, fic-centru tal-belt. L-uffiċjali rrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet dwar kif waqa’ mill-gallarija.
Il-pulizija ġew imsejħa wara rapporti ta’ raġel aggressiv li seta’ kien taħt l-influwenza tad-drogi jew l-alkoħol. Crescenti qal l-investigazzjoni għadhom għaddejjin.
Il-midja Arġentinjana rrappurtat li Payne kien f’Buenos Aires biex jattendi l-kunċert ta’ eks membru ieħor tal-grupp, Niall Horan.
Payne beda karriera waħdu wara li One Direction ħabbru li se jieqfu fl-2015.
Il-grupp kien twaqqaf fuq il-programm ta’ fama internazzjonali The X Factor fl-2010, b’Payne jingħaqad dak iż-żmien ma’ Horan, Zayn Malik, Louis Tomlinson, u Harry Styles.
Huma ġew imħarrġa fil-program minn Simon Cowell, iżda ftit snin wara qamet kontroversja fuq il-midja soċjali fuq min kien il-moħħ li vera għaqqad il-kantanti.
Payne għandu iben ta’ seba’ snin jismu Bear mal-kantanta Cheryl, li kienet ġudikanta fuq ‘The X Factor’. Ir-relazzjoni tagħhom bdiet fl-2016 iżda huma sseparaw fl-2018.