Minn baqra sa tunnellati ta’ tadam mormija fid-drenaġġ
More in Kronaka
Ftit huma dawk li japprezzaw il-fatt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma titratta l-ilma kollu li joħroġ lura mingħand il-konsumatur qabel ma dan jispiċċa lura fil-baħar. Fost l-agħar episodji riċenti nsibu: għexieren ta’ tunnellati tad-tadam mormi b’mod illegali fit-tappieri, żejt tal-ikel maħruq, żejt tal-karozzi, filters taż-żejt, injam, nofs baqra, ħanżir u moppijiet. Dawn l-irregolaritajiet qed iwasslu għal diversi ħsarat fis-sistema li jekk ma jissewwewx fil-ħin jistgħu jikkaġunaw sadd fid-drenaġġ u żbroff f’żoni sensittivi bħal bajjiet u widien.
F’intervista ma’ din il-gazzetta ċ-Ċermen u Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni William Wait jitkellem fuq l-aħħar riżultati finanzjarji pożittivi u l-viżjoni tiegħu u tal-Gvern li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma timraħ f’pajjiżi oħra bis-servizzi li toffri.