Skont kif irrapurtat fuq il-Libya Herald u skont il-kap tal-awtorita tal-Midja u Kultura fil-Libja, Omar Al-Guweri, stazzjonijiet tar-Radju u tat-Televiżjoni se jitwaqqfu Malta biex jxandru lejn il-Libja. Al-Guweri kien parti mid-delegazzjoni li żaret Malta u li kienet immexxija mill-Prim Ministru Libjan Abdullah Al-Thinni għal taħdidiet mal-Gvern Malti u mar-rappreżentant speċjali tan-nazzjonijiet Uniti Bernardini leon u anke mal-ambaxxatriċi Amerikana, Deborah Jones.
Guwari qal lil Libja Herald li hu iffirma numru ta' ftehim mal-Ministru tal-Intern u Sigurta Nazzjonali, Emmanuel Mallia, fosthom li jiġi attiv stazzjon tar-radju f'Malta li kien magħluq wara r-rivoluzzjoni. Sar ftehim ukoll li jiftaħ uffiċċju f'Malta għall-istazzjon tal-Istat Wataniya TV. L-uffiċċini ta' dan l-istazzjon fi tripli ġew maħtufa minn Libya Dawn iżda dan reġa beda jxandar minn Tobruk. "Għandna faċilita tajba ħafna f'Malta iżda sfortunatament ġiet abbandunata,"qal Guwari dwar l-istazzjon tar-radju.
Malta u l-Libja ftehmu wkoll biex il-ġurnalisti libjani jkollhom aċċess eħfef bie xjiġu Malta. Filwaqt li huma lesti li jgħinu ġurnalisti Maltin li jridu jmorru l-Libja biex jirrapurtaw l-aħbarijiet Libjani.
"stedinna lil Malta biex tibgħat il-ġurnalisti tagħha biex iżur il-gvern ta' Beida u l-parlament ta' Tobruk, biex nagħtuhom l-opportunita li josservaw ix-xogħol li qed isir." u kompla qal li d-dinja kollha hi mistiedna tkun taf eżatt x'qed isir.
Sadattant il-Ministeru tal-Intern qed jiċħad li sar xi tip ta' ftehim mal-gvern Libjan biex ixandar minn Malta.
wieħed jista jara l-aħbar fuq Libya Herald jekk jagħfas hawn
http://www.libyaherald.com/2014/10/26/libyan-government-signs-media-agreements-with-malta/#axzz3HMFbxfEW