"Għażiża Ommi tibkinix" l-aħħar kliem ta' żagħżugħa maqtula fl-Iran

Tfajla ta' 26 sena tingħata l-forka talli qatlet lil min ipprova jivvjolentaha

Rayaneeh Jabbari tgħid li l-ġustizzja teħodha quddiem Alla
Rayaneeh Jabbari tgħid li l-ġustizzja teħodha quddiem Alla

L-aħħar messaġġ ta' mara żagħżugħa maqtula fl-Iran talli qatlet raġel li pprova jivvjolentaha sesswalment ħareġ fil-beraħ meta qabel intemmet ħajjitha qalet lill-ommha biex ma tibkix "għax il-ġustizzja ssir fil-qorti ta' Alla".

Reyhaneh Jabbari ta' 26 sena ġiet mgħallqa nhar is-Sibt li għaddha anke jekk kien hemm kampanja Internazzjonali biex tinħeles wara li qattgħet seba snin il-ħabs.

Dan il-messaġġ ħallietu billi rrekordjatu u bagħtitu lill-ommha. Din irrekordjatu fl-istess ġurnata li nqatlet meta ammettiet li aċċettat il-mewt tagħha.

Fir-rekording hi qalet dan il-kliem eżatt, "Għażiża ommi, tibkix waqt li qed tisma leħni. Id-dinja ma ħabbitniex, id-destin tiegħi m'aċċetatux. Fil-qorti ta' alla se nakkuża lill-ispetturi kollha u lil dawk li minħabba l-injoranza tagħhom jew bil-gideb tagħhom għaffġuni u rifsu fuq id-drittijiet tiegħi u ma tawx każ il-verita."

Hi ġiet sentenzjata għal mewt f'qorti ta' Teheran fl-2009 talli qatlet lil Morteza Abdolali Sarbandi, impjegat mal-ministeru tal-Intelliġenza tal-Iran, li skont hi ipprova jaggrediha sesswalment. L-imħallfin qalu li hi tagħtu daqqa ta' sikkina f'dahru fl-2007 wara li kienet xtrat is-sikkina jumejn qabel. Hi qalet li hi tagħtu biss daqqa waħda ta' sikkina u kien hemm raġel ieħor li tah id-daqqa mortali. Hi kompliet tgħid li kieku ma' ġġilditx għal ħajjitha kieku kienet tiġi maqtula dak in-nhar. Kompliet tgħid li kieku ħalliet lil min jivvjolentaha u joqtolha dak in-nhar, l-aggressur qatt ma kien jinstab għax dan kellu l-flus u l-poter.

Sadattant qalet ukoll li fil-ħabs li ntefgħet fih fejn jitpoġġew priġunieri politiċi, hi ġiet torturata. Il-każ ragħha qajjem kontroversja sħiħa Internazzjonali fejn kien hemm kwart ta' miljun firma biex tinħeles mill-mewt.

IL-qorti qalet li l-eżekuzzjoni saret għax il-familjari ta' Sarbandi ma ridux jaħfrulha u lanqas aċċettaw li jitħallsu għad-delitt li sar fuq binhom. Fejn fl-Iran jekk jiġri dan tinħafer is-sentenza.

L-omm lejlet l-eżekuzzjoni tħalliet tqatta siegħa ma' bintha u dak il-ħin bintha qaltilha biex l-oragni tagħha jingħataw fi bnedmin oħra " ħalli ġismi jibqa' jgħix. Ma rridekx tilbes iswed u lanqas tmur fuq il-qabar tiegħi għax ġismi se jibqa jgħix f'ħaddieħor. Irridek li tħallini mmur mar-riħ."

Fl-Iran isiru l-aktar numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja.

 

 

 

More in Kronaka