Żvelat l-isem u l-wiċċ ta' min qatel lil Bin Laden

Sparalu tliet tiri f'rasu

L-identita tan-Navy Seal Amerikan li spara u qatel lill-Osama Bin Laden fl-2011 ħarġet fil-beraħ, ismu hu Rob O'Neill.
Għandu 38 sena u llum hu meqjus bħala suldat dekorat li llum hu kelliem pubbliku wara 16-il sena ta' servizz fil-militar Amerikan. Ismu ħareġ qabel intervista li hu stess għamel u mistennija l-ġimgħa d-dieħla minn Fox News fejn iddeċieda li jikxef l-identita tiegħu.
Missier O'Neill, ikkonferma l-identita tad-Daily Mail u qal lil ġurnal li mhux inkwetat dwar xi theddid li jista' jsir mill-ISIS fejn qal li ibnu kien wieħed mis-sitta li sparaw u qatlu lil kap ta' Al Qaeda billi sparalu 3 tiri f'rasu.
Sa ma kixef ismu, O'Neill kien magħruf bħala 'The shooter' u l-identita tiegħu inżammet sigrieta mill-armata biex jipproteġulu ħajtu. Iżda O'Neill iddeċieda li jitkellem wara li tilef xi benefiċċji talli għażel li jitlaq lis-Seals wara 16-il sena servizz flok l-20 sena li suppost serva.
Dan is-suldat kien dekorat 52 darba, kien ingħata żewġ midalji tal-fidda u erba' tal-bronż fost oħrajn. Fox News iddeċidew li joħorġu ismu qabel l-intervista biex jagħmlu reklam għal din l-intervista li fiha se jingħad b'mod estensiv x'ġara eżatt fit-2 ta' Mejju 2011, li jinkludi l-helicopter li waqa u għaliex it-team tas-sitta kienu imbeżżgħin għal ħajjithom
Ir-rivelazzjoni tal-identita tal-qattiel ta' Bin Laden ħarġet ġurnata wara li l-US Naval Warfare Special Command ħarġu ittra javżaw lis-Seals li ma jistgħux jiksru l-wegħdha li jżommu sigriet kull missjoni li jieħdu sehem fiha. U dan anke għar-rispett tal-kollegi tagħhom li jkunu ħadu sehem fl-istess missjoni.
 

More in Kronaka