[AĠĠORNAT - 2] Id-denfil għandu biss tliet xhur u għandu ġrieħi superfiċjali

Sa ftit ħin ilu d-denfil salvat f'Buġibba kien għadu mgħotti b'xugaman għax ħadd ma seta' jikkurah qabel il-permess tal-MEPA

Illum jinsab infurmat li -denfil jinsab San Luċjan u sorsi li tkellmu magħna qalulna li l-ġrieħi huam superfiċjali u mhux ta' periklu għal ħajtu. Gġħandu ġrieħi f'imnieħru u xi grif f'denbu. Id-denfil għadu 'baby' u għandu 3 xhur biss fejn ifisser li għandu bżonn lill-ommu.

Sadattant il-MEPA bagħtet stqarrija fejn infurmawna li l-Uffiċċju tal-Veterinarji li jiddeċiedi x'għandu jsir mid-denfil u li huma biss joħorġu xi permess u li minn x'ħin kienu infurmati bid-denfil dalgħodu għenu lin-Nature Trust f'dak li kien hemm bżonn.

Id-denfil jinsab taħt il-kura tal-veterinarju Anthony gruppetta u t-team tiegħu li jinsabu preżenti l-ħin kollu mad-denfil fit-tank.

Aktar kmieni

Ninsabu kuntenti li fl-aħħar dan id-denfil issa jinsab qawwi u sħiħ u nisperaw li jfieq malajr ħalli jkun jista' jintefa' fil-baħar fejn jista' jkompli jgħix fil-libertà u fl-ambjent tiegħu.

Aktar kmieni

Wara li d-denfil kien salvat kif ħabbarna aktar kmieni dalgħodu, tal-Annimal Rescue poġġew lid-denfil f'banju, bix-xugamani imxarrbin fuqu. Ippruvaw joħduh għand veterinarju  huma pruvaw jieħdu d-denfil għand veterinarju minħabba li jidher li sofra xi ġrieħi f'denbu. Iżda hawn liġi li kull annimal protett jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-MEPA u sa ftit sigħat wara l-MEPA kienet għadha ma ħadet l-ebda deċiżjoni u għalhekk id-denfil baqa bil-banju imxarrab fuqu u bid-demm ħiereġ minn denbu. Nisperaw li sa ma qed jinkiteb dan l-artiklu l-MEPA tkun ħadet deċiżjoni biex dan id-denfil jiġi kkurat fil-ħin.

 

More in Kronaka