Radju Marija jieħu daqqa ta' ħarta

Il-każ ta’ Patri Charles Fenech u l-allegati abbużi

Patri Charles Fenech kien dak li beda u mexxa Radju Marija
Patri Charles Fenech kien dak li beda u mexxa Radju Marija

Minn meta l-allegat każ ta’ abbuż sesswali minn Patri Charles Fenech ħareġ fil-beraħ, is-semmiegħa ta’ Radju Marija li kien waqqaf u jmexxi l-istess Patri Charles Fenech fil-kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat, naqqsu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ donazzjonijiet ta’ flus.

Sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta qalu li r-radju jiddepenedi totalment mid-donazzjonijiet tas-semmiegħa peress li r-radju ma jxandarx reklami kummerċjali. Ir-radju kien għalhekk jappella kontinwament għad-donazzjonijiet tas-semmiegħa u l-fidili li ta’ kuljum jisimgħu dan l-istazzjon u li l-maġġoranza tagħhom huma semmiegħa ta’ ċerta età b’ħafna minnhom anzjani u li regolarment kienu jwieġbu għas-sejħa tal-istazzjon u jibagħtu donazzjonijiet ta’ flus fejn saħansitra kien hemm min ħalla parti mill-wirt lill-istess stazzjon.

Jidher iżda li ħafna mid-donazzjonijiet waqfu hekk kif ħareġ fil-beraħ l-allegat każ ta’ abbużi sesswali minn Patri Charles Fenech li ta’ kuljum kien jippreżenta programmi fuq ir-radju kif ukoll imexxi ġabriet ta’ talb. Preżentament Patri Charles qed jgħix ġo dar privata li tinsab faċċata tal-kunvent stess fejn kien jgħix sa ftit ilu. 

More in Kronaka