Kmieni dalgħodu ħaddiema tal-Enemalta kien qegħdin jaqtgħu l-provista tal-elettriku ta’ kmamar bil-meters u li kienu qed jissuplixxu kmamar oħra bl-elettriku illegalment.
Din il-miżura jidher li ttieħdet wara li ġimgħa ilu skada t-terminu sa meta sidien ta’ kmamar illegali setgħu jirregolarizzaw ruħhom billi japplikaw għall-meters tad-dawl.
Jidher li b’kollox kien hemm madwar 20 kamra li ntlaqtu minn din il-miżura fi kmamar li jinsabu kemm l-Armier kif ukoll fil-bajja ta’ San Tumas.
Fuq il-post kien hemm ukoll numru ta’ Pulizija waqt li kienet għaddejja l-ħidma tal-Enemalta.