[AĠĠORNAT] Titlef ħajjitha wara li waqgħet ħames sulari

Tfajla ta' 18-il sena għadha kif ittieħdet l-isptar wara li waqgħet minn gallarija

L-ILLUM hi infurmata li s-Somala li jisimha Abdullahi Hassani Gudon tilfet ħajjitha. Minn informazzjoni li għadha kif daħlet jidher li din is-Somala kienet daħlet Malta fuq dgħajsa bħala immigranta irregolari madwar sena u nofs ilu.

Fl-investigazzjoni l-Pulizija m'huma jeskludu xejn. Madankollu jistgħu jaċċertaw li m'hemmx terzi persuni involuti.

Aktar kmieni...

Tfajla Somala ta' 18-il sena għadha kif waqgħet ħames sulari waqt li kienet qiegħda fil-gallarija f'residenza fi Triq il-Ħamrija f'Wied il-Għajn.

It-tfajla ttieħdet l-isptar Mater Dei u tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Antonio Vella ħatar l-esperti, il-Perit Richard Aquilina u t-Tabib Forensiku Mario Scerri biex jinvestigaw il-każ, flimkien mal-Ispettur Josric Mifsud u s-Surġent Gino Caruana.

More in Kronaka